+Artikolu 24 4.

Artikolu 24 4.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu network ta’ esperti minn diversi setturi bħas-setturi tas-saħħa, tal-bini u dak soċjali, jew jinkarigaw network eżistenti, biex jiżviluppaw strateġiji li jappoġġaw lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-livell lokali u nazzjonali biex jimplimentaw miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika, l-assistenza teknika u għodod finanzjarji mmirati biex itaffu l-faqar enerġetiku. L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jiżguraw li l-kompożizzjoni tan-network ta’ esperti tiżgura bilanċ bejn il-ġeneri u tirrifletti l-perspettivi tan-nies kollha.

L-Istati Membri jistgħu jinkarigaw in-network ta’ esperti biex joffri parir dwar:

(a) 

definizzjonijiet, indikaturi u kriterji nazzjonali tal-faqar enerġetiku, ta’ persuni milquta mill-faqar enerġetiku u ta’ klijenti vulnerabbli, inkluż l-utenti finali;

(b) 

l-iżvilupp jew it-titjib ta’ indikaturi u settijiet tad-data rilevanti, pertinenti għall-kwistjoni tal-faqar enerġetiku, li jenħtieġ li jintużaw u jsiru rapporti dwarhom;

(c) 

metodi u miżuri li jiżguraw l-affordabbiltà tal-ispejjeż tal-għajxien, il-promozzjoni tan-newtralità tal-kost tal-akkomodazzjoni, jew modi li jiżguraw li l-fondi pubbliċi investiti f’miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika jkunu ta’ benefiċċju għas-sidien u għall-inkwilini tal-binjiet u tal-unitajiet tal-bini, b’mod partikolari b’rabta mal-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, mal-klijenti vulnerabbli, mal-persuni f’unitajiet domestiċi b’introjtu baxx u, meta applikabbli, mal-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali;

(d) 

miżuri li jevitaw jew jirrimedjaw sitwazzjonijiet meta ċerti gruppi partikolari jkunu affettwati aktar jew f’riskju akbar li jiġu affettwati mill-faqar enerġetiku jew ikunu aktar suxxettibbli għall-impatti negattivi tal-faqar enerġetiku pereżempju abbażi tal-introjtu, il-ġeneru, il-kundizzjoni tas-saħħa jew l-appartenenza tagħhom fi grupp minoritarju, u d-demografija.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023L1791
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.