+Artikolu 24 Nagħtu s-setgħa u l-protezzjoni lill-klijenti vulnerabbli u ntaffu l-faqar enerġetiku
---+Artikolu 24 1.
---+Artikolu 24 2.
---+Artikolu 24 3.
---+Artikolu 24 4.
|
Artikolu 24 Nagħtu s-setgħa u l-protezzjoni lill-klijenti vulnerabbli u ntaffu l-faqar enerġetiku
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 24 1.
|
Mingħajr preġudizzju għall-politiki ekonomiċi u soċjali nazzjonali tagħhom, u għall-obbligi tagħhom skont il-liġi tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jagħtu s-setgħa u jipproteġu lill-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, lill-klijenti vulnerabbli, lill-persuni li ġejjin minn familji b’introjtu baxx u, meta applikabbli, lill-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali. Fid-definizzjoni tal-kunċett ta’ klijenti vulnerabbli skont l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2009/73/KE u l-Artikolu 28(1) tad-Direttiva (UE) 2019/944, l-Istati Membri għandhom iqisu lill-utenti finali.
|
|
Artikolu 24 2.
|
Mingħajr preġudizzju għall-politiki ekonomiċi u soċjali nazzjonali tagħhom, u għall-obbligi tagħhom skont il-liġi tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika u miżuri relatati ta’ informazzjoni u protezzjoni tal-konsumaturi, b’mod partikolari dawk stabbiliti fl-Artikolu 8(3) u fl-Artikolu 22 ta’ din id-Direttiva, bħala prijorità fost il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, il-klijenti vulnerabbli, il-persuni li ġejjin minn familji b’introjtu baxx u, meta applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali biex itaffu l-faqar enerġetiku. Il-monitoraġġ u r-rappurtar ta’ dawk il-miżuri għandhom jitwettqu fil-qafas tar-rekwiżiti ta’ rappurtar eżistenti stipulati fl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2018/1999.
|
|
Artikolu 24 3.
|
Biex jgħinu lill-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, lill-klijenti vulnerabbli, lill-persuni li ġejjin minn familji b’introjtu baxx u, meta applikabbli, lill-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali, l-Istati Membri għandhom, meta applikabbli:
(a)
jimplimentaw miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika biex itaffu l-effetti distribuzzjonali minn politiki u miżuri oħra, bħall-miżuri tat-tassazzjoni implimentati skont l-Artikolu 10 ta’ din id-Direttiva, jew l-applikazzjoni tal-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet għas-setturi tal-bini u t-trasport f’konformità mad-Direttiva 2003/87/KE;
(b)
jagħmlu l-aħjar użu possibbli mill-finanzjament pubbliku disponibbli fil-livell tal-Unjoni u nazzjonali, inkluż meta applikabbli, mill-kontribuzzjoni finanzjarja li l-Istati Membri jirċievu mill-Fond Soċjali għall-Klima skont l-Artikoli 9 u 14 tar-Regolament (UE) 2023/955, u mid-dħul minn irkanti bl-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-EU ETS f’konformita’ mad-Direttiva 2003/87/KE, għal investimenti f’miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika bħala azzjonijiet ta’ prijorità;
(c)
iwettqu investimenti bikrija u progressivi f’miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika qabel ma l-impatti distribuzzjonali minn politiki u miżuri oħra juru l-effett tagħhom;
(d)
jibnu assistenza teknika u jintroduċu finanzjament u għodod finanzjarji abilitanti, bħal skemi fuq il-kont, riżerva lokali ta’ telf mis-self, fondi ta’ garanzija, fondi mmirati lejn rinnovazzjonijiet profondi u rinnovazzjonijiet bi gwadanji minimi fl-enerġija;
(e)
irawmu assistenza teknika għall-atturi soċjali biex jippromwovu l-involviment attiv tal-klijenti vulnerabbli fis-suq tal-enerġija, u bidliet pożittivi fl-imġiba tagħhom tal-konsum tal-enerġija;
(f)
jiżguraw aċċess għal finanzjament, għotjiet jew sussidji marbuta ma’ gwadanji minimi fl-enerġija u b’hekk jiffaċilitaw l-aċċess għal self bankarju affordabbli jew linji ta’ kreditu ddedikati.
|
|
Artikolu 24 4.
|
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu network ta’ esperti minn diversi setturi bħas-setturi tas-saħħa, tal-bini u dak soċjali, jew jinkarigaw network eżistenti, biex jiżviluppaw strateġiji li jappoġġaw lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-livell lokali u nazzjonali biex jimplimentaw miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika, l-assistenza teknika u għodod finanzjarji mmirati biex itaffu l-faqar enerġetiku. L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jiżguraw li l-kompożizzjoni tan-network ta’ esperti tiżgura bilanċ bejn il-ġeneri u tirrifletti l-perspettivi tan-nies kollha. L-Istati Membri jistgħu jinkarigaw in-network ta’ esperti biex joffri parir dwar:
(a)
definizzjonijiet, indikaturi u kriterji nazzjonali tal-faqar enerġetiku, ta’ persuni milquta mill-faqar enerġetiku u ta’ klijenti vulnerabbli, inkluż l-utenti finali;
(b)
l-iżvilupp jew it-titjib ta’ indikaturi u settijiet tad-data rilevanti, pertinenti għall-kwistjoni tal-faqar enerġetiku, li jenħtieġ li jintużaw u jsiru rapporti dwarhom;
(c)
metodi u miżuri li jiżguraw l-affordabbiltà tal-ispejjeż tal-għajxien, il-promozzjoni tan-newtralità tal-kost tal-akkomodazzjoni, jew modi li jiżguraw li l-fondi pubbliċi investiti f’miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika jkunu ta’ benefiċċju għas-sidien u għall-inkwilini tal-binjiet u tal-unitajiet tal-bini, b’mod partikolari b’rabta mal-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, mal-klijenti vulnerabbli, mal-persuni f’unitajiet domestiċi b’introjtu baxx u, meta applikabbli, mal-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali;
(d)
miżuri li jevitaw jew jirrimedjaw sitwazzjonijiet meta ċerti gruppi partikolari jkunu affettwati aktar jew f’riskju akbar li jiġu affettwati mill-faqar enerġetiku jew ikunu aktar suxxettibbli għall-impatti negattivi tal-faqar enerġetiku pereżempju abbażi tal-introjtu, il-ġeneru, il-kundizzjoni tas-saħħa jew l-appartenenza tagħhom fi grupp minoritarju, u d-demografija.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023L1791
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|