|
+Artikolu 26 1. |
Artikolu 26 1.Biex jiġi żgurat konsum aktar effiċjenti tal-enerġija primarja u jiżdied is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fil-provvista tat-tisħin u t-tkessiħ li tidħol fin-network, sistema ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti għandha tissodisfa l-kriterji li ġejjin:
(a)
sal-31 ta’ Diċembru 2027, sistema li tuża mill-inqas 50 % ta’ enerġija rinnovabbli, 50 % ta’ sħana mormija, 75 % ta’ sħana koġenerata jew 50 % ta’ kombinament ta’ dawn it-tipi ta’ enerġija u sħana;
(b)
mill-1 ta’ Jannar 2028, sistema li tuża mill-inqas 50 % ta’ enerġija rinnovabbli, 50 % ta’ sħana mormija, 50 % ta’ enerġija rinnovabbli u ta’ sħana mormija, 80 % ta’ sħana koġenerata ta’ effiċjenza għolja jew mill-anqas kombinament ta’ din l-enerġija termali li tidħol fin-network fejn is-sehem tal-enerġija rinnovabbli jkun mill-inqas 5 % u s-sehem totali ta’ enerġija rinnovabbli, ta’ sħana mormija jew ta’ sħana koġenerata ta’ effiċjenza għolja jkun mill-inqas 50 %;
(c)
mill-1 ta’ Jannar 2035, sistema li tuża mill-inqas 50 % ta’ enerġija rinnovabbli, 50 % ta’ sħana mormija jew 50 % ta’ enerġija rinnovabbli u ta’ sħana mormija, jew sistema, fejn is-sehem totali ta’ enerġija rinnovabbli, ta’ sħana mormija jew ta’ sħana koġenerata ta’ effiċjenza għolja jkun mill-inqas 80 % u barra minn hekk is-sehem totali ta’ enerġija rinnovabbli jew sħana mormija jkun mill-inqas 35 %;
(d)
mill-1 ta’ Jannar 2040, sistema li tuża mill-inqas 75 % ta’ enerġija rinnovabbli, 75 % ta’ sħana mormija jew 75 % ta’ enerġija rinnovabbli u ta’ sħana mormija, jew sistema li tuża mill-inqas 95 % ta’ enerġija rinnovabbli, ta’ sħana mormija u ta’ sħana koġenerata ta’ effiċjenza għolja u barra minn hekk is-sehem totali ta’ enerġija rinnovabbli jew sħana mormija jkun mill-inqas 35 %;
(e)
mill-1 ta’ Jannar 2045, sistema li tuża mill-inqas 75 % ta’ enerġija rinnovabbli, 75 % ta’ sħana mormija jew 75 % ta’ enerġija rinnovabbli u ta’ sħana mormija;
(f)
mill-1 ta’ Jannar 2050, sistema li tuża enerġija rinnovabbli biss, sħana mormija biss, jew kombinazzjoni ta’ enerġija rinnovabbli u sħana mormija biss. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|