+Artikolu 26 Provvista tat-tisħin u tat-tkessiħ
---+Artikolu 26 1.
---+Artikolu 26 2.
---+Artikolu 26 3.
---+Artikolu 26 4.
---+Artikolu 26 5.
---+Artikolu 26 6.
---+Artikolu 26 7.
---+Artikolu 26 8.
---+Artikolu 26 9.
---+Artikolu 26 10.
---+Artikolu 26 11.
---+Artikolu 26 12.
---+Artikolu 26 13.
---+Artikolu 26 14.
|
Artikolu 26 Provvista tat-tisħin u tat-tkessiħ
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 26 1.
|
Biex jiġi żgurat konsum aktar effiċjenti tal-enerġija primarja u jiżdied is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fil-provvista tat-tisħin u t-tkessiħ li tidħol fin-network, sistema ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti għandha tissodisfa l-kriterji li ġejjin:
(a)
sal-31 ta’ Diċembru 2027, sistema li tuża mill-inqas 50 % ta’ enerġija rinnovabbli, 50 % ta’ sħana mormija, 75 % ta’ sħana koġenerata jew 50 % ta’ kombinament ta’ dawn it-tipi ta’ enerġija u sħana;
(b)
mill-1 ta’ Jannar 2028, sistema li tuża mill-inqas 50 % ta’ enerġija rinnovabbli, 50 % ta’ sħana mormija, 50 % ta’ enerġija rinnovabbli u ta’ sħana mormija, 80 % ta’ sħana koġenerata ta’ effiċjenza għolja jew mill-anqas kombinament ta’ din l-enerġija termali li tidħol fin-network fejn is-sehem tal-enerġija rinnovabbli jkun mill-inqas 5 % u s-sehem totali ta’ enerġija rinnovabbli, ta’ sħana mormija jew ta’ sħana koġenerata ta’ effiċjenza għolja jkun mill-inqas 50 %;
(c)
mill-1 ta’ Jannar 2035, sistema li tuża mill-inqas 50 % ta’ enerġija rinnovabbli, 50 % ta’ sħana mormija jew 50 % ta’ enerġija rinnovabbli u ta’ sħana mormija, jew sistema, fejn is-sehem totali ta’ enerġija rinnovabbli, ta’ sħana mormija jew ta’ sħana koġenerata ta’ effiċjenza għolja jkun mill-inqas 80 % u barra minn hekk is-sehem totali ta’ enerġija rinnovabbli jew sħana mormija jkun mill-inqas 35 %;
(d)
mill-1 ta’ Jannar 2040, sistema li tuża mill-inqas 75 % ta’ enerġija rinnovabbli, 75 % ta’ sħana mormija jew 75 % ta’ enerġija rinnovabbli u ta’ sħana mormija, jew sistema li tuża mill-inqas 95 % ta’ enerġija rinnovabbli, ta’ sħana mormija u ta’ sħana koġenerata ta’ effiċjenza għolja u barra minn hekk is-sehem totali ta’ enerġija rinnovabbli jew sħana mormija jkun mill-inqas 35 %;
(e)
mill-1 ta’ Jannar 2045, sistema li tuża mill-inqas 75 % ta’ enerġija rinnovabbli, 75 % ta’ sħana mormija jew 75 % ta’ enerġija rinnovabbli u ta’ sħana mormija;
(f)
mill-1 ta’ Jannar 2050, sistema li tuża enerġija rinnovabbli biss, sħana mormija biss, jew kombinazzjoni ta’ enerġija rinnovabbli u sħana mormija biss.
|
|
Artikolu 26 2.
|
L-Istati Membri jistgħu jagħżlu wkoll, bħala alternattiva għall-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, kriterji ta’ prestazzjoni tas-sostenibbiltà bbażati fuq l-ammont ta’ emissjonijiet tal-gassijiet serra mis-sistema ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali għal kull unità ta’ sħana jew kesħa kkonsenjata lill-klijenti, filwaqt li jitqiesu l-miżuri implimentati biex jiġi ssodisfat l-obbligu skont l-Artikolu 24(4) tad-Direttiva (UE) 2018/2001. Meta jintgħażlu dawk il-kriterji, sistema effiċjenti ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali għandu jkollha l-ammont massimu ta’ emissjonijiet tal-gassijiet serra għal kull unità ta’ sħana jew kesħa kkonsenjata lill-klijenti:
(a)
sal-31 ta’ Diċembru 2025: 200 gramma/kWh;
(b)
mill-1 ta’ Jannar 2026: 150 gramma/kWh;
(c)
mill-1 ta’ Jannar 2035: 100 gramma/kWh;
(d)
mill-1 ta’ Jannar 2045: 50 gramma/kWh;
(e)
mill-1 ta’ Jannar 2050: 0 grammi/kWh.
|
|
Artikolu 26 3.
|
L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li japplikaw il-kriterji ta’ emissjonijiet tal-gassijiet serra għal kull unità ta’ sħana jew kesħa għal kwalunkwe perjodu partikolari msemmi fil-paragrafu 2, il-punti (a) sa (e), ta’ dan il-Artikolu. Jekk jagħżlu li jagħmlu dan, huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-11 ta’ Jannar 2024 għall-perjodu msemmi fil-paragrafu 2, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu u mill-inqas sitt xhur qabel il-bidu tal-perijodi rilevanti msemmija fil-paragrafu 2, il-punti (b) sa (e) ta’ dan l-Artikolu. Din in-notifika għandha tinkludi l-miżuri implimentati biex jiġi ssodisfat l-obbligu skont l-Artikolu 24(4) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 jekk dawn ma jkunux diġà ġew innotifikati fl-aħħar aġġornament tal-pjan nazzjonali integrat tagħhom għall-enerġija u l-klima.
|
|
Artikolu 26 4.
|
Biex sistema ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali tikkwalifika bħala effiċjenti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn tkun mibnija jew l-unitajiet tal-provvista tagħha jiġu rinnovati b’mod sostanzjali, is-sistema ta’ tisħin jew tkessiħ distrettwali tissodisfa l-kriterji mogħtija fil-paragrafu 1 jew 2 li jkunu applikabbli fil-mument meta tibda jew meta jissokta l-operat tagħha wara r-rinnovazzjoni. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta tinbena sistema ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali jew meta l-unitajiet tal-provvista tagħha jiġu rinnovati b’mod sostanzjali:
(a)
ma jkun hemm ebda żieda fl-użu ta’ fjuwils fossili għajr gass naturali fis-sorsi ta’ sħana eżistenti meta mqabbel mal-konsum annwali medju tul it-tliet snin kalendarji preċedenti ta’ operat sħiħ qabel ir-rinnovazzjoni; u
(b)
kwalunkwe sors ġdid ta’ sħana f’dik is-sistema ma jużax fjuwils fossili, għajr gass naturali, jekk din tinbena jew tiġi rinnovata b’mod sostanzjali sal-2030.
|
|
Artikolu 26 5.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li mill-1 ta’ Jannar 2025 u kull ħames snin sussegwenti, l-operaturi tas-sistemi kollha eżistenti tat-tisħin u tat-tkessiħ distrettwali b’output totali tas-sħana u tal-kesħa li jaqbeż il-5 MW u li ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1, il-punti (b) sa (e), iħejju pjan biex jiżguraw konsum aktar effiċjenti tal-enerġija primarja, inaqqsu t-telf mid-distribuzzjoni u jżidu s-sehem tal-enerġija rinnovabbli fil-provvista tat-tisħin u t-tkessiħ. Il-pjan għandu jinkludi miżuri biex jintlaħqu l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1, il-punti (b) sa (e), u għandu jeħtieġ l-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti.
|
|
Artikolu 26 6.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċentri tad-data b’input tal-enerġija kklassifikat totali li jaqbeż il-1 MW juża s-sħana mormija jew applikazzjonijiet oħra għall-irkupru tas-sħana mormija sakemm ma jkunux f’pożizzjoni li juru li dan ma jkunx teknikament jew ekonomikament fattibbli skont il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 7.
|
|
Artikolu 26 7.
|
Biex jivvalutaw il-fattibbiltà ekonomika ta’ żieda fl-effiċjenza enerġetika ta’ provvista tas-sħana u tal-kesħa, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-livell ta’ installazzjoni ssir analiżi tal-kostbenefiċċji skont l-Anness XI fejn l-installazzjonijiet li ġejjin ikunu ġew ippjanati mill-ġdid jew rinnovati sostanzjalment:
(a)
tkun ippjanata installazzjoni għall-ġenerazzjoni tal-elettriku termali b’input tal-enerġija totali annwali medju li jaqbeż 10 MW, biex jiġu vvalutati l-kostijiet u l-benefiċċji ta’ forniment għall-operazzjoni tal-installazzjoni bħala installazzjoni ta’ koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja;
(b)
installazzjoni industrijali b’input tal-enerġija totali annwali medju li jaqbeż 8 MW biex jiġi vvalutat l-użu tas-sħana mormija fis-sit u barra mis-sit;
(c)
faċilità ta’ servizz b’input tal-enerġija totali annwali medju li jaqbeż 7 MW, bħal faċilitajiet tat-trattament tal-ilma mormi u faċilitajiet tal-LNG, biex jiġi vvalutat l-użu tas-sħana mormija fis-sit u barra mis-sit;
(d)
ċentru tad-data b’input tal-enerġija kklassifikat totali li jaqbeż il-livell ta’ 1 MW biex tiġi vvalutata l-analiżi tal-kost u l-benefiċċju, inkluż iżda mhux biss, il-fattibbiltà teknika, il-kosteffiċjenza u l-impatt fuq l-effiċjenza enerġetika u d-domanda lokali għas-sħana, inkluż il-varjazzjoni staġonali, tal-użu tas-sħana mormija biex tiġi ssodisfata d-domanda ekonomikament ġustifikata, u tal-konnessjoni ta’ dik l-installazzjoni ma’ network tat-tisħin distrettwali jew ma’ sistema ta’ tkessiħ distrettwali effiċjenti/ibbażata fuq l-RES jew applikazzjonijiet oħra ta’ rkupru tas-sħana mormija.
L-analiżi msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (d), għandha tikkunsidra soluzzjonijiet tas-sistema tat-tkessiħ li jippermettu t-tneħħija jew il-ġbir tas-sħana mormija f’livell ta’ temperatura utli b’inputs tal-enerġija anċillari minimi. L-Istati Membri għandhom jippruvaw ineħħu l-ostakli għall-użu ta’ sħana mormija u jipprovdu appoġġ għall-użu tas-sħana mormija meta l-installazzjonijiet ikunu ppjanati ġodda jew rinnovati. L-attrezzament ta’ tagħmir għall-ġbir tad-diossidu tal-karbonju prodott minn installazzjoni tal-kombustjoni bil-ħsieb li jinħażen ġeoloġikament kif previst fid-Direttiva 2009/31/KE ma għandux jitqies bħala rinnovazzjoni għall-finijiet tal-punti (b) u (c) ta’ dan il-paragrafu. L-Istati Membri għandhom jitolbu li l-analiżi tal-kostbenefiċċji ssir b’kooperazzjoni mal-kumpaniji responsabbli għall-operazzjoni tal-faċilità.
|
|
Artikolu 26 8.
|
L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-paragrafu 7:
(a)
l-installazzjonijiet tal-ġenerazzjoni tal-elettriku peak-load u back-up li huma ppjanati biex joperaw għal anqas minn 1 500 siegħa ta’ operazzjoni kull sena bħala medja inizjali fuq perjodu ta’ ħames snin, abbażi ta’ proċedura ta’ verifika stabbilita mill-Istati Membri li tiżgura li dan il-kriterju għall-eżenzjoni jiġi ssodisfat;
(b)
lill-installazzjonijiet li jeħtieġ ikunu jinsabu qrib sit tal-ħżin ġeoloġiku approvat skont id-Direttiva 2009/31/KE;
(c)
ċentri tad-data li s-sħana mormija tagħhom tintuża jew tkun ser tintuża f’network tat-tisħin distrettwali jew direttament għat-tisħin tal-post, għall-preparazzjoni tal-misħun domestiku jew għal użi oħra fil-bini jew fil-grupp ta’ binjiet jew fil-faċilitajiet fejn tkun tinsab.
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limiti, espressi f’termini tal-ammont ta’ sħana mitlufa utli disponibbli, id-domanda għas-sħana jew id-distanzi bejn l-installazzjonijiet industrijali u n-netwerks ta’ tisħin distrettwali, sabiex jeżentaw installazzjonijiet individwali mill-paragrafu 7, il-punti (c) u (d). L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw l-eżenzjonijiet adottati skont dan il-paragrafu lill-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 26 9.
|
L-Istati Membri għandhom jadottaw kriterji ta’ awtorizzazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 8 tad-Direttiva (UE) 2019/944, jew kriterji ta’ permess ekwivalenti, sabiex:
(a)
jieħdu kont tal-eżitu tal-valutazzjonijiet komprensivi msemmija fl-Artikolu 25(1);
(b)
jiżguraw li r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 7 jiġu ssodisfati;
(c)
iqisu l-eżitu tal-analiżi tal-kostbenefiċċji msemmija fil-paragrafu 7.
|
|
Artikolu 26 10.
|
L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lil installazzjonijiet individwali milli jkollhom, skont il-kriterji ta’ awtorizzazzjoni jew ta’ permess ekwivalenti msemmija fil-paragrafu 9, jimplimentaw għażliet li l-benefiċċji tagħhom jisbqu l-kostijiet tagħhom, jekk ikun hemm raġunijiet imperattivi ta’ liġi, ta’ sjieda jew ta’ finanzjament biex jagħmlu dan. F’dawk il-każijiet, l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta deċiżjoni motivata lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mid-data meta tittieħed dik id-deċiżjoni. Il-Kummissjoni tista’ toħroġ opinjoni dwar id-deċiżjoni fi żmien tliet xhur minn meta taslilha.
|
|
Artikolu 26 11.
|
Il-paragrafi 7, 8, 9 u 10 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw għall-installazzjonijiet koperti mid-Direttiva 2010/75/UE mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti stabbiliti f’dik id-Direttiva.
|
|
Artikolu 26 12.
|
L-Istati Membri għandhom jiġbru informazzjoni dwar l-analiżi tal-kostbenefiċċji mwettqa skont il-paragrafu 7, il-punti (a) sa (d). Dik l-informazzjoni jenħtieġ li jkun fiha tal-anqas id-data dwar l-ammonti ta’ provvista tas-sħana disponibbli u l-parametri tas-sħana, in-numru ta’ sigħat ta’ operazzjoni ppjanati kull sena, u l-pożizzjoni ġeografika tas-siti. Dik id-data għandha tiġi ppubblikata bir-rispett dovut għas-sensittività potenzjali tagħha.
|
|
Artikolu 26 13.
|
Abbażi tal-valuri ta’ referenza armonizzati tal-effiċjenza msemmija fl-Anness III, il-punt (d), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-oriġini tal-elettriku ġġenerat minn koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja tista’ tiġi ggarantita skont kriterji oġġettivi, trasparenti u nondiskriminatorji stabbiliti minn kull Stat Membru. Dawn għandhom jiżguraw li dik il-garanzija tal-oriġini tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness XII, u li tkun tinkludi mill-inqas l-informazzjoni speċifikata fih. L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu b’mod reċiproku l-garanziji tal-oriġini tagħhom, esklużivament bħala prova tal-informazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu. Kwalunkwe rifjut ta’ rikonoxximent ta’ garanzija tal-oriġini bħala prova ta’ din ix-xorta, b’mod partikolari għal raġunijiet relatati mal-prevenzjoni tal-frodi, għandu jkun ibbażat fuq kriterji oġġettivi, trasparenti u nondiskriminatorji. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dan ir-rifjut u jistipulaw ir-raġunijiet għalih. Fil-każ ta’ rifjut ta’ rikonoxximent ta’ garanzija tal-oriġini, il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni biex teżiġi li l-parti rifjutanti tirrikonoxxiha, b’mod partikolari b’rabta ma’ kriterji oġġettivi, trasparenti u nondiskriminatorji li abbażi tagħhom ikun dak ir-rikonoxximent.
|
|
Artikolu 26 14.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe appoġġ disponibbli għall-koġenerazzjoni jkun soġġett għall-fatt li l-elettriku ġġenerat ikun ġej minn koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja u li s-sħana mormija tintuża effettivament biex jinkiseb iffrankar tal-enerġija primarja. L-appoġġ pubbliku għall-koġenerazzjoni, u għall-ġenerazzjoni u n-networks tat-tisħin distrettwali, għandu jkun soġġett għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, meta applikabbli.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023L1791
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|