|
+Artikolu 26 7. |
Artikolu 26 7.Biex jivvalutaw il-fattibbiltà ekonomika ta’ żieda fl-effiċjenza enerġetika ta’ provvista tas-sħana u tal-kesħa, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-livell ta’ installazzjoni ssir analiżi tal-kostbenefiċċji skont l-Anness XI fejn l-installazzjonijiet li ġejjin ikunu ġew ippjanati mill-ġdid jew rinnovati sostanzjalment:
(a)
tkun ippjanata installazzjoni għall-ġenerazzjoni tal-elettriku termali b’input tal-enerġija totali annwali medju li jaqbeż 10 MW, biex jiġu vvalutati l-kostijiet u l-benefiċċji ta’ forniment għall-operazzjoni tal-installazzjoni bħala installazzjoni ta’ koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja;
(b)
installazzjoni industrijali b’input tal-enerġija totali annwali medju li jaqbeż 8 MW biex jiġi vvalutat l-użu tas-sħana mormija fis-sit u barra mis-sit;
(c)
faċilità ta’ servizz b’input tal-enerġija totali annwali medju li jaqbeż 7 MW, bħal faċilitajiet tat-trattament tal-ilma mormi u faċilitajiet tal-LNG, biex jiġi vvalutat l-użu tas-sħana mormija fis-sit u barra mis-sit;
(d)
ċentru tad-data b’input tal-enerġija kklassifikat totali li jaqbeż il-livell ta’ 1 MW biex tiġi vvalutata l-analiżi tal-kost u l-benefiċċju, inkluż iżda mhux biss, il-fattibbiltà teknika, il-kosteffiċjenza u l-impatt fuq l-effiċjenza enerġetika u d-domanda lokali għas-sħana, inkluż il-varjazzjoni staġonali, tal-użu tas-sħana mormija biex tiġi ssodisfata d-domanda ekonomikament ġustifikata, u tal-konnessjoni ta’ dik l-installazzjoni ma’ network tat-tisħin distrettwali jew ma’ sistema ta’ tkessiħ distrettwali effiċjenti/ibbażata fuq l-RES jew applikazzjonijiet oħra ta’ rkupru tas-sħana mormija. L-analiżi msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (d), għandha tikkunsidra soluzzjonijiet tas-sistema tat-tkessiħ li jippermettu t-tneħħija jew il-ġbir tas-sħana mormija f’livell ta’ temperatura utli b’inputs tal-enerġija anċillari minimi. L-Istati Membri għandhom jippruvaw ineħħu l-ostakli għall-użu ta’ sħana mormija u jipprovdu appoġġ għall-użu tas-sħana mormija meta l-installazzjonijiet ikunu ppjanati ġodda jew rinnovati. L-attrezzament ta’ tagħmir għall-ġbir tad-diossidu tal-karbonju prodott minn installazzjoni tal-kombustjoni bil-ħsieb li jinħażen ġeoloġikament kif previst fid-Direttiva 2009/31/KE ma għandux jitqies bħala rinnovazzjoni għall-finijiet tal-punti (b) u (c) ta’ dan il-paragrafu. L-Istati Membri għandhom jitolbu li l-analiżi tal-kostbenefiċċji ssir b’kooperazzjoni mal-kumpaniji responsabbli għall-operazzjoni tal-faċilità. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|