|
+Artikolu 26 8. |
Artikolu 26 8.L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-paragrafu 7:
(a)
l-installazzjonijiet tal-ġenerazzjoni tal-elettriku peak-load u back-up li huma ppjanati biex joperaw għal anqas minn 1 500 siegħa ta’ operazzjoni kull sena bħala medja inizjali fuq perjodu ta’ ħames snin, abbażi ta’ proċedura ta’ verifika stabbilita mill-Istati Membri li tiżgura li dan il-kriterju għall-eżenzjoni jiġi ssodisfat;
(b)
lill-installazzjonijiet li jeħtieġ ikunu jinsabu qrib sit tal-ħżin ġeoloġiku approvat skont id-Direttiva 2009/31/KE;
(c)
ċentri tad-data li s-sħana mormija tagħhom tintuża jew tkun ser tintuża f’network tat-tisħin distrettwali jew direttament għat-tisħin tal-post, għall-preparazzjoni tal-misħun domestiku jew għal użi oħra fil-bini jew fil-grupp ta’ binjiet jew fil-faċilitajiet fejn tkun tinsab. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limiti, espressi f’termini tal-ammont ta’ sħana mitlufa utli disponibbli, id-domanda għas-sħana jew id-distanzi bejn l-installazzjonijiet industrijali u n-netwerks ta’ tisħin distrettwali, sabiex jeżentaw installazzjonijiet individwali mill-paragrafu 7, il-punti (c) u (d). L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw l-eżenzjonijiet adottati skont dan il-paragrafu lill-Kummissjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|