+Artikolu 27 3.
|
Artikolu 27 3.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni jimmonitorjaw u jikkwantifikaw il-volum globali tat-telf tan-network u, fejn dan ikun teknikament u finanzjarjament fattibbli, jottimizzaw in-networks u jtejbu l-effiċjenza tan-network. L-operaturi ta’ sistemi tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni għandhom jirrapportaw lill-awtorità regolatorja nazzjonali tal-enerġija dwar dawk il-miżuri u dwar l-iffrankar tal-enerġija mistenni bi tnaqqis fit-telf tan-network. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi ta’ sistemi tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni jivvalutaw il-miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika b’rabta mas-sistemi eżistenti tagħhom tat-trażmissjoni jew tad-distribuzzjoni tal-gass jew tal-elettriku u jtejbu l-effiċjenza enerġetika fid-disinn u fl-operazzjoni tal-infrastruttura, speċjalment f’termini tal-introduzzjoni ta’ grilja intelliġenti. L-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-operaturi ta’ sistemi tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni biex jiżviluppaw soluzzjonijiet innovattivi li jtejbu l-effiċjenza enerġetika tas-sistemi eżistenti u futuri permezz ta’ regolamenti bbażati fuq l-inċentivi f’konformità mal-prinċipji tariffarji stipulati fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2019/943 u l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023L1791
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|