+Artikolu 27 Trasformazzjoni, trażmissjoni u distribuzzjoni tal-enerġija
---+Artikolu 27 1.
---+Artikolu 27 2.
---+Artikolu 27 3.
---+Artikolu 27 4.
---+Artikolu 27 5.
---+Artikolu 27 6.
---+Artikolu 27 7.
---+Artikolu 27 8.
---+Artikolu 27 9.
---+Artikolu 27 10.
---+Artikolu 27 11.

Artikolu 27 Trasformazzjoni, trażmissjoni u distribuzzjoni tal-enerġija

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 27 1.
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-enerġija għandhom japplikaw il-prinċipju “L-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel”, f’konformità mal-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva, fit-twettiq tal-kompiti regolatorji previsti fid-Direttivi 2009/73/KE u (UE) 2019/944 fir-rigward tad-deċiżjonijiet tagħhom dwar l-operazzjoni tal-infrastruttura tal-gass u tal-elettriku, inkluż id-deċiżjonijiet tagħhom dwar it-tariffi tan-network. Minbarra l-prinċipju “L-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel”, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-enerġija jistgħu jqisu l-kosteffiċjenza, l-effiċjenza tas-sistema u s-sigurtà tal-provvista, u l-integrazzjoni tas-suq, filwaqt li jissalvagwardjaw il-miri klimatiċi tal-Unjoni u s-sostenibbiltà, kif stabbiliti fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2019/943 u fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009.
Artikolu 27 2.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi ta’ sistemi tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni tal-gass u tal-elettriku japplikaw il-prinċipju “L-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel”, f’konformità mal-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva, fl-ippjanar tan-network, fl-iżvilupp tan-network u fid-deċiżjonijiet ta’ investiment tagħhom. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet nazzjonali deżinjati oħra għandhom jivverifikaw li l-metodoloġiji użati mill-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni u mill-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni jivvalutaw l-alternattivi fl-analiżi tal-kostbenefiċċji, u jqisu l-benefiċċji usa’ tas-soluzzjonijiet għall-effiċjenza enerġetika, il-flessibbiltà fuq in-naħa tad-domanda u l-investiment f’assi li jikkontribwixxu għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet deżinjati oħra għandhom jivverifikaw ukoll l-implimentazzjoni tal-prinċipju “L-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” mill-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni jew mill-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni meta jkunu qed japprovaw, jivverifikaw jew jimmonitorjaw il-proġetti u l-pjanijiet ta’ żvilupp tan-network tagħhom skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2009/73/KE u l-Artikolu 32(3) u l-Artikolu 51 tad-Direttiva (UE) 2019/944. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jipprovdu metodoloġiji u gwida dwar kif għandhom jiġu vvalutati l-alternattivi fl-analiżi tal-kostbenefiċċji f’kooperazzjoni mill-qrib mal-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni u l-operaturi tas-sistema ta’ distribuzzjoni, li jistgħu jikkondividu għarfien espert tekniku essenzjali.
Artikolu 27 3.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni jimmonitorjaw u jikkwantifikaw il-volum globali tat-telf tan-network u, fejn dan ikun teknikament u finanzjarjament fattibbli, jottimizzaw in-networks u jtejbu l-effiċjenza tan-network. L-operaturi ta’ sistemi tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni għandhom jirrapportaw lill-awtorità regolatorja nazzjonali tal-enerġija dwar dawk il-miżuri u dwar l-iffrankar tal-enerġija mistenni bi tnaqqis fit-telf tan-network. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi ta’ sistemi tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni jivvalutaw il-miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika b’rabta mas-sistemi eżistenti tagħhom tat-trażmissjoni jew tad-distribuzzjoni tal-gass jew tal-elettriku u jtejbu l-effiċjenza enerġetika fid-disinn u fl-operazzjoni tal-infrastruttura, speċjalment f’termini tal-introduzzjoni ta’ grilja intelliġenti. L-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-operaturi ta’ sistemi tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni biex jiżviluppaw soluzzjonijiet innovattivi li jtejbu l-effiċjenza enerġetika tas-sistemi eżistenti u futuri permezz ta’ regolamenti bbażati fuq l-inċentivi f’konformità mal-prinċipji tariffarji stipulati fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2019/943 u l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009.
Artikolu 27 4.
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-enerġija għandhom jinkludu taqsima speċifika dwar il-progress miksub fit-titjib tal-effiċjenza enerġetika b’rabta mal-operazzjoni tal-infrastruttura tal-gass u tal-elettriku fir-rapport annwali mfassal skont l-Artikolu 41 tad-Direttiva 2009/73/KE u skont l-Artikolu 59(1), il-punt (i), tad-Direttiva (UE) 2019/944. F’dawk ir-rapporti, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-enerġija għandhom jipprovdu valutazzjoni tal-effiċjenza globali fl-operazzjoni tal-infrastruttura tal-gass u tal-elettriku, il-miżuri li ħadu l-operaturi ta’ sistemi tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni u, meta applikabbli, jagħtu rakkomandazzjonijiet biex titjieb l-effiċjenza enerġetika, inkluż alternattivi kosteffiċjenti li jnaqqsu t-tagħbija fl-eqqel sigħat u l-użu tal-elettriku b’mod ġenerali.
Artikolu 27 5.
Għall-elettriku, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regolazzjoni tan-networks u t-tariffi tan-networks jissodisfaw il-kriterji stipulati fl-Anness XIII, b’kunsiderazzjoni għall-kodiċijiet tan-netwerk u l-linji gwida żviluppati skont ir-Regolament (UE) 2019/943 u l-obbligu stipulat fl-Artikolu 59(7), il-punt (a), tad-Direttiva (UE) 2019/944 li jippermetti li l-investimenti meħtieġa fin-networks jitwettqu b’mod li jiżgura l-vijabbiltà tan-networks.
Artikolu 27 6.
L-Istati Membri jistgħu jippermettu komponenti ta’ skemi u ta’ strutturi tariffarji b’għan soċjali għat-trażmissjoni u għad-distribuzzjoni tal-enerġija destinata għan-netwerk, sakemm kwalunkwe effett li jista’ jfixkel is-sistema ta’ trażmissjoni u distribuzzjoni jinżamm għall-minimu neċessarju u ma jkunx spropozjonat mal-għan soċjali.
Artikolu 27 7.
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw it-tneħħija ta’ dawk l-inċentivi fit-tariffi tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni li jagħmlu ħsara lill-effiċjenza enerġetika tal-ġenerazzjoni, tat-trażmissjoni, tad-distribuzzjoni u tal-provvista tal-elettriku u tal-gass. L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-effiċjenza fid-disinn tal-infrastruttura u t-tħaddim tal-infrastruttura eżistenti, f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/943, u li t-tariffi jippermettu r-rispons tad-domanda.
Artikolu 27 8.
L-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni u l-operaturi tas-sistema ta’ distribuzzjoni għandhom ikunu konformi mal-Anness XIV.
Artikolu 27 9.
Meta xieraq, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jeżiġu li l-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni u l-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni jħeġġu li l-koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja titqiegħed f’siti qrib iż-żoni tad-domanda għas-sħana billi jnaqqsu t-tariffi tal-konnessjoni u tal-użu tas-sistema.
Artikolu 27 10.
L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-produtturi ta’ elettriku minn koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja li jixtiequ jkunu konnessi mal-grilja joħorġu sejħa għall-offerti għax-xogħol tal-konnessjoni.
Artikolu 27 11.
Fir-rappurtar skont id-Direttiva 2010/75/UE, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9(2) ta’ dik id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li jinkludu informazzjoni dwar il-livelli tal-effiċjenza enerġetika tal-installazzjonijiet li jwettqu l-kombustjoni tal-fjuwils b’input termali kklassifikat totali ta’ 50 MW jew aktar fid-dawl tal-aqwa tekniki disponibbli rilevanti, kif żviluppat skont id-Direttiva 2010/75/UE.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023L1791
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.