|
+Artikolu 35 7. |
Artikolu 35 7.Sat-28 ta’ Frar 2027 u kull ħames snin sussegwenti, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dik l-evalwazzjoni għandha tinkludi:
(a)
valutazzjoni tal-effettività ġenerali ta’ din id-Direttiva u tal-ħtieġa li l-politika tal-Unjoni dwar l-effiċjenza enerġetika tiġi aġġustata aktar skont l-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi u fid-dawl tal-iżviluppi ekonomiċi u fl-innovazzjoni;
(b)
valutazzjoni komprensiva tal-impatt makroekonomiku aggregat ta’ din id-Direttiva, b’enfasi fuq l-effetti fuq is-sigurtà tal-enerġija tal-Unjoni, il-prezzijiet tal-enerġija, il-minimizzazzjoni tal-faqar enerġetiku, it-tkabbir ekonomiku, il-kompetittività, il-ħolqien tal-impjiegi, l-ispiża tal-mobbiltà u l-kapaċità tal-akkwist tal-unitajiet domestiċi;
(c)
il-miri ewlenin tal-Unjoni dwar l-effiċjenza enerġetika għall-2030 stabbiliti fl-Artikolu 4(1) biex tirrevedi dawk il-miri ‘l fuq f’każ ta’ tnaqqis sostanzjali fil-kostijiet miksub permezz ta’ żviluppi ekonomiċi jew teknoloġiċi, jew meta meħtieġ biex jintlaħqu l-miri tal-Unjoni għad-dekarbonizzazzjoni għall-2040 jew għall-2050, jew l-impenji internazzjonali tagħha għad-dekarbonizzazzjoni;
(d)
jekk l-Istati Membri għandhomx ikomplu jiksbu ffrankar annwali ġdid f’konformità mal-Artikolu 8(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b)(iv), għal perjodi ta’ għaxar snin wara l-2030;
(e)
jekk l-Istati Membri għandhomx ikomplu jiżguraw li mill-inqas 3 % tal-erja totali tal-art tal-bini msaħħan u/jew imkessaħ li jkun il-proprjetà ta’ korpi pubbliċi jiġi rinnovat kull sena f’konformità mal-Artikolu 6(1) biex tiġi riveduta r-rata tar-rinnovazzjoni f’dak l-Artikolu;
(f)
jekk l-Istati Membri għandhomx ikomplu jiksbu sehem ta’ ffrankar tal-enerġija fost il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, il-klijenti vulnerabbli u, meta applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali, f’konformità mal-Artikolu 8(3) għall-perjodi ta’ għaxar snin wara l-2030;
(g)
jekk l-Istati Membri għandhomx ikomplu jiksbu tnaqqis fil-konsum tal-enerġija finali f’konformità mal-Artikolu 5(1);
(h)
l-impatti ta’ din id-Direttiva fuq l-appoġġ għat-tkabbir ekonomiku, iż-żieda fil-produzzjoni industrijali, l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli jew sforzi avvanzati għan-newtralità klimatika. Jeħtieġ li l-evalwazzjoni tkopri wkoll l-effetti fuq l-isforzi għall-elettrifikazzjoni tal-ekonomija u l-introduzzjoni tal-idroġenu, inkluż jekk kwalunkwe bidla fit-trattament ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli nadifa tistax tkun ġustifikata u għandha tipproponi, meta xieraq, soluzzjonijiet għal kwalunkwe effett negattiv potenzjalment identifikat. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn valutazzjoni dettaljata ta’ jekk ikunx meħtieġ li tiġi emendata din id-Direttiva fl-interessi tas-simplifikazzjoni regolatorja u, fejn xieraq, minn proposti għal miżuri ulterjuri. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|