+Artikolu 35 Rieżami u monitoraġġ tal-implimentazzjoni
---+Artikolu 35 1.
---+Artikolu 35 2.
---+Artikolu 35 3.
---+Artikolu 35 4.
---+Artikolu 35 5.
---+Artikolu 35 6.
---+Artikolu 35 7.
---+Artikolu 35 8.
|
Artikolu 35 Rieżami u monitoraġġ tal-implimentazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 35 1.
|
Fil-kuntest tar-rapport tagħha dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija ppreżentat skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2018/1999, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar il-funzjonament tas-suq tal-karbonju skont l-Artikolu 35(1) u l-Artikolu 35(2), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament, filwaqt li tqis l-effetti tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 35 2.
|
Sal-31 ta’ Ottubru 2025 u kull erba’ snin sussegwenti, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-miżuri eżistenti biex tinkiseb żieda fl-effiċjenza enerġetika u dekarbonizzazzjoni fit-tisħin u fit-tkessiħ. L-evalwazzjoni għandha tikkunsidra dan kollu li ġej:
(a)
l-effiċjenza enerġetika u x-xejriet tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fit-tisħin u t-tkessiħ, inkluż fit-tisħin u t-tkessiħ distrettwali;
(b)
interkonnessjonijiet bejn il-miżuri meħuda;
(c)
bidliet fl-effiċjenza enerġetika u fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra fit-tisħin u fit-tkessiħ;
(d)
il-politiki u l-miżuri eżistenti u ppjanati dwar l-effiċjenza enerġetika, u l-politiki u l-miżuri għat-tnaqqis tal-gassijiet serra fil-livell tal-Unjoni u nazzjonali;
(e)
il-miżuri li l-Istati Membri pprovdew fil-valutazzjonijiet komprensivi tagħhom skont l-Artikolu 25(1) ta’ din id-Direttiva u nnotifikaw skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) 2018/1999.
Sal-31 ta’ Ottubru 2025 u kull erba’ snin minn hemm ‘il quddiem, il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dik l-evalwazzjoni u, fejn xieraq, tipproponi miżuri biex tiżgura li jintlaħqu l-miri tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija.
|
|
Artikolu 35 3.
|
Qabel it-30 ta’ April ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw statistika lill-Kummissjoni dwar il-produzzjoni nazzjonali tal-elettriku u tas-sħana minn koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja u baxxa, skont il-prinċipji ġenerali li jinsabu fl-Anness II, b’rabta mal-produzzjoni totali tas-sħana u tal-elettriku. Għandhom jippreżentaw ukoll statistika annwali dwar il-kapaċitajiet tal-koġenerazzjoni tas-sħana u tal-elettriku u l-fjuwils għall-koġenerazzjoni, u dwar il-produzzjoni u l-kapaċitajiet tat-tisħin u tat-tkessiħ distrettwali, b’rabta mal-produzzjoni u l-kapaċitajiet totali tas-sħana u tal-elettriku. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw statistika dwar l-iffrankar tal-enerġija primarja miksub bl-applikazzjoni tal-koġenerazzjoni skont il-metodoloġija stabbilita fl-Anness III.
|
|
Artikolu 35 4.
|
Sal-1 ta’ Jannar 2021, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, abbażi ta’ valutazzjoni tal-potenzjal għall-effiċjenza enerġetika fil-konverżjoni, it-trasformazzjoni, it-trażmissjoni, it-trasport u l-ħżin tal-enerġija, akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposti leġiżlattivi.
|
|
Artikolu 35 5.
|
Sal-31 ta’ Diċembru 2021, u soġġetta għal kwalunkwe bidla fid-dispożizzjonijiet dwar is-swieq bl-imnut fid-Direttiva 2009/73/KE, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni, u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, dwar id-dispożizzjonijiet relatati mal-metraġġ, il-kontijiet u l-informazzjoni tal-konsumaturi għall-gass naturali, biex dawn jiġu allinjati, fejn xieraq, mad-dispożizzjonijiet rilevanti għall-elettriku fid-Direttiva (UE) 2019/944, biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-konsumaturi u biex il-klijenti finali jkunu jistgħu jirċievu informazzjoni aktar frekwenti, ċara u aġġornata dwar il-konsum tagħhom tal-gass naturali u jirregolaw l-użu tagħhom tal-enerġija. Kemm jista’ jkun malajr wara l-preżentazzjoni ta’ dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tadotta proposti leġiżlattivi.
|
|
Artikolu 35 6.
|
Sal-31 ta’ Ottubru 2022, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk l-Unjoni tkunx laħqet il-miri ewlenin tagħha fir-rigward tal-effiċjenza fl-enerġija għall-2020.
|
|
Artikolu 35 7.
|
Sat-28 ta’ Frar 2027 u kull ħames snin sussegwenti, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dik l-evalwazzjoni għandha tinkludi:
(a)
valutazzjoni tal-effettività ġenerali ta’ din id-Direttiva u tal-ħtieġa li l-politika tal-Unjoni dwar l-effiċjenza enerġetika tiġi aġġustata aktar skont l-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi u fid-dawl tal-iżviluppi ekonomiċi u fl-innovazzjoni;
(b)
valutazzjoni komprensiva tal-impatt makroekonomiku aggregat ta’ din id-Direttiva, b’enfasi fuq l-effetti fuq is-sigurtà tal-enerġija tal-Unjoni, il-prezzijiet tal-enerġija, il-minimizzazzjoni tal-faqar enerġetiku, it-tkabbir ekonomiku, il-kompetittività, il-ħolqien tal-impjiegi, l-ispiża tal-mobbiltà u l-kapaċità tal-akkwist tal-unitajiet domestiċi;
(c)
il-miri ewlenin tal-Unjoni dwar l-effiċjenza enerġetika għall-2030 stabbiliti fl-Artikolu 4(1) biex tirrevedi dawk il-miri ‘l fuq f’każ ta’ tnaqqis sostanzjali fil-kostijiet miksub permezz ta’ żviluppi ekonomiċi jew teknoloġiċi, jew meta meħtieġ biex jintlaħqu l-miri tal-Unjoni għad-dekarbonizzazzjoni għall-2040 jew għall-2050, jew l-impenji internazzjonali tagħha għad-dekarbonizzazzjoni;
(d)
jekk l-Istati Membri għandhomx ikomplu jiksbu ffrankar annwali ġdid f’konformità mal-Artikolu 8(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b)(iv), għal perjodi ta’ għaxar snin wara l-2030;
(e)
jekk l-Istati Membri għandhomx ikomplu jiżguraw li mill-inqas 3 % tal-erja totali tal-art tal-bini msaħħan u/jew imkessaħ li jkun il-proprjetà ta’ korpi pubbliċi jiġi rinnovat kull sena f’konformità mal-Artikolu 6(1) biex tiġi riveduta r-rata tar-rinnovazzjoni f’dak l-Artikolu;
(f)
jekk l-Istati Membri għandhomx ikomplu jiksbu sehem ta’ ffrankar tal-enerġija fost il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, il-klijenti vulnerabbli u, meta applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali, f’konformità mal-Artikolu 8(3) għall-perjodi ta’ għaxar snin wara l-2030;
(g)
jekk l-Istati Membri għandhomx ikomplu jiksbu tnaqqis fil-konsum tal-enerġija finali f’konformità mal-Artikolu 5(1);
(h)
l-impatti ta’ din id-Direttiva fuq l-appoġġ għat-tkabbir ekonomiku, iż-żieda fil-produzzjoni industrijali, l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli jew sforzi avvanzati għan-newtralità klimatika.
Jeħtieġ li l-evalwazzjoni tkopri wkoll l-effetti fuq l-isforzi għall-elettrifikazzjoni tal-ekonomija u l-introduzzjoni tal-idroġenu, inkluż jekk kwalunkwe bidla fit-trattament ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli nadifa tistax tkun ġustifikata u għandha tipproponi, meta xieraq, soluzzjonijiet għal kwalunkwe effett negattiv potenzjalment identifikat. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn valutazzjoni dettaljata ta’ jekk ikunx meħtieġ li tiġi emendata din id-Direttiva fl-interessi tas-simplifikazzjoni regolatorja u, fejn xieraq, minn proposti għal miżuri ulterjuri.
|
|
Artikolu 35 8.
|
Sal-31 ta’ Ottubru 2032, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk l-Unjoni tkunx laħqet il-miri ewlenin tagħha dwar l-effiċjenza enerġetika għall-2030.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023L1791
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|