+ANNESS I KONTRIBUTI NAZZJONALI GĦALL-MIRI TAL-UNJONI GĦALL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA FL-2030 FIL-KONSUM TAL-ENERĠIJA FINALI U/JEW FIL-KONSUM TAL-ENERĠIJA PRIMARJA

ANNESS I KONTRIBUTI NAZZJONALI GĦALL-MIRI TAL-UNJONI GĦALL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA FL-2030 FIL-KONSUM TAL-ENERĠIJA FINALI U/JEW FIL-KONSUM TAL-ENERĠIJA PRIMARJA




ANNESS I

KONTRIBUTI NAZZJONALI GĦALL-MIRI TAL-UNJONI GĦALL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA FL-2030 FIL-KONSUM TAL-ENERĠIJA FINALI U/JEW FIL-KONSUM TAL-ENERĠIJA PRIMARJA

1. Il-livell tal-kontributi nazzjonali jiġi kkalkulat abbażi tal-formula indikattiva:

image

image

Fejn CEU huwa l-fattur ta’ korrezzjoni, Target huwa l-livell ta’ ambizzjoni speċifiku għall-pajjiż, u FECB2030 PECB2030 huwa x-Xenarju ta’ Referenza tal-UE tal-2020 użat bħala xenarju bażi għall-2030.

2. Din il-formula indikattiva li ġejja tirrappreżenta l-kriterji oġġettivi li jirriflettu l-fatturi elenkati fl-Artikolu 4(3), il-punti (d)(i) sa (iv), kull wieħed użat għad-definizzjoni tal-livell ta’ ambizzjoni speċifika nazzjonali bħala % (Target) u bl-istess piż fil-formula (0,25):

(a) 

kontribut dipendenti fuq l-azzjoni bikrija(“Fearly-action”);

(b) 

kontribut dipendenti fuq il-PDG għal kull ras (“Fwealth”);

(c) 

kontribut dipendenti fuq l-intensità enerġetika (“Fintensity”);

(d) 

kontribut potenzjali tal-iffrankar tal-enerġija kosteffettiv (“Fpotential”).

3. Fearly-action għandha tiġi kkalkulata għal kull Stat Membru bħala l-prodott tal-ammont tiegħu ta’ ffrankar tal-enerġija u t-titjib fl-intensità enerġetika li kull Stat Membru kiseb. L-ammont ta’ ffrankar tal-enerġija għal kull Stat Membru għandu jiġi kkalkulat abbażi tat-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija (f’toe) għat-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija tal-Unjoni bejn il-medja ta’ tliet snin għall-perjodu 2007-2009 u l-medja ta’ tliet snin għall-perjodu 2017-2019. It-titjib fl-intensità enerġetika għal kull Stat Membru għandu jiġi kkalkulat abbażi tat-tnaqqis tal-intensità enerġetika (f’toe/EUR) għat-tnaqqis tal-intensità enerġetika tal-Unjoni bejn il-medja ta’ tliet snin għall-perjodu 2007-2009 u l-medja ta’ tliet snin għall-perjodu 2017-2019.

4. L-Fwealth għandha tiġi kkalkulata għal kull Stat Membru abbażi tal-indiċi medju tiegħu ta’ tliet snin tal-PDG per capita reali tal-Eurostat, għall-medja ta’ tliet snin tal-Unjoni tul il-perjodu 2017-2019, espressa f’Paritajiet tal-Kapaċità tal-Akkwist (PPPs).

5. L-Fintensity għandha tiġi kkalkulata għal kull Stat Membru abbażi tal-indiċi medju ta’ tliet snin (FEC jew PEC għal kull PDG reali f’PPPs) tal-intensità enerġetika finali tiegħu, għall-medja ta’ tliet snin tal-Unjoni tul il-perjodu 2017-2019.

6. L-Fpotential għandha tiġi kkalkulata għal kull Stat Membru abbażi tal-iffrankar tal-enerġija finali jew primarja skont ix-xenarju PRIMES MIX 55 % għall-2030. L-iffrankar huwa espress b’rabta mal-projezzjonijiet tax-Xenarju ta’ Referenza tal-UE tal-2020 għall-2030.

7. Għal kull kriterju mogħti fil-punt 2(a) sa (d), għandu jiġi applikat limitu aktar baxx u ogħla. Il-livell ta’ ambizzjoni għall-fatturi Fwealth Fintensity u Fpotential għandu jkun limitat għal 50 % u 150 % tal-livell medju ta’ ambizzjoni tal-Unjoni f’xi fattur partikolari. Il-livell ta’ ambizzjoni għall-fattur Fearly-action għandu jkun limitat għal 50 % u 100 % tal-livell medju ta’ ambizzjoni tal-Unjoni.

8. Is-sors tad-data tal-input użat għall-kalkolu tal-fatturi huwa l-Eurostat sakemm ma jiġix dikjarat mod ieħor.

9. Ftotal għandu jiġi kkalkulat bħala l-għadd totali ponderat tal-erba’ fatturi kollha (Fearly-action. Fwealth Fintensity u Fpotential). Il-mira għandha mbagħad tiġi kkalkulata bħala l-multiplikazzjoni tal-fattur totali Ftotal u l-mira tal-Unjoni.

10. Il-Kummissjoni għandha tikkalkula fattur ta’ korrezzjoni tal-enerġija primarja u finali CEU, li għandu jiġi applikat biex jaġġusta s-somma totali tar-riżultati tal-formula għall-kontributi nazzjonali kollha għall-miri rispettivi tal-Unjoni fl-2030. Il-fattur CEU huwa identiku għall-Istati Membri kollha.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023L1791
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.