|
+ANNESS IV REKWIŻITI TAL-EFFIĊJENZA FL-ENERĠIJA GĦALL-AKKWIST PUBBLIKU |
ANNESS IV REKWIŻITI TAL-EFFIĊJENZA FL-ENERĠIJA GĦALL-AKKWIST PUBBLIKU
ANNESS IV REKWIŻITI TAL-EFFIĊJENZA FL-ENERĠIJA GĦALL-AKKWIST PUBBLIKU Fil-proċeduri tal-għoti għall-kuntratti pubbliċi u l-konċessjonijiet, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti li l-jixtru prodotti, servizzi, bini u xogħlijiet, għandhom:
(a)
meta prodott jiġi kopert minn att delegat adottat skont ir-Regolament (UE) 2017/1369, id-Direttiva 2010/30/UE jew b’att ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni relatata, dawn għandhom jixtru biss prodotti konformi mal-kriterju stabbilit fl-Artikolu 7(2) ta’ dak ir-Regolament;
(b)
meta prodott li mhux kopert mill-punt (a) jiġi kopert minn miżura ta’ implimentazzjoni skont id-Direttiva 2009/125/KE, dawn għandhom jixtru biss prodotti konformi mal-parametri referenzjarji tal-effiċjenza enerġija speċifikati f’dik il-miżura ta’ implimentazzjoni;
(c)
meta prodott jew servizz ikun kopert mill-kriterji tal-akkwist pubbliku ekoloġiku tal-Unjoni jew mill-kriterji nazzjonali ekwivalenti disponibbli, b’rilevanza għall-effiċjenza enerġetika tal-prodott jew tas-servizz, jagħmlu l-aqwa sforzi biex jixtru biss prodotti u servizzi li jirrispettaw mill-inqas l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fil-livell “ċentrali” fil-kriterji tal-akkwist pubbliku ekoloġiku tal-Unjoni rilevanti jew fil-kriterji nazzjonali ekwivalenti disponibbli, inkluż fost l-oħrajn għaċ-ċentri tad-data, il-kmamar tas-servers u s-servizzi tal-cloud, it-tidwil tat-toroq u s-sinjali tat-traffiku, il-kompjuters, il-moniters, it-tablets u l-ismartphones;
(d)
jixtru biss tajers li jikkonformaw mal-kriterju li jkollhom l-aqwa klassi ta’ effiċjenza enerġetika tal-fjuwil, kif definit fir-Regolament (UE) 2020/740, li ma għandux jipprevjeni lill-korpi pubbliċi milli jixtru tajers tal-aqwa klassi tal-qbid fuq l-imxarrab jew tal-istorbju estern tat-tidwir, meta dan ikun iġġustifikat minn raġunijiet ta’ sikurezza jew ta’ saħħa pubblika;
(e)
fis-sejħiet għall-offerti tagħhom tal-kuntratti tas-servizzi, għandhom jeżiġu li, għall-finijiet ta’ forniment tas-servizzi inkwistjoni, il-fornituri tas-servizzi jużaw biss prodotti li jikkonformaw mal-punti (a), (b) u (d), meta jipprovdu s-servizzi inkwistjoni. Dan ir-rekwiżit għandu japplika biss għal prodotti ġodda mixtrija mill-fornituri tas-servizzi parzjalment jew kompletament għall-finijiet ta’ forniment tas-servizz inkwistjoni;
(f)
għandhom jixtru, jew jagħmlu ftehimiet ġodda għall-kiri ta’ bini li jikkonforma mill-inqas ma’ livell ta’ enerġija qrib iż-żero, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6 ta’ din id-Direttiva, dment li l-finijiet tax-xiri jkun:
(i)
biex isiru rinnovazzjoni kompleta jew twaqqigħ;
(ii)
fil-każ tal-korpi pubbliċi, biex jerġa’ jbigħ il-bini mingħajr ma jużah għall-finijiet tal-korp pubbliku; jew
(iii)
biex jippreservah bħala bini protett uffiċjalment bħala parti minn ambjent deżinjat, jew minħabba l-mertu arkitettoniku jew storiku tiegħu. Il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (f) ta’ dan l-Anness għandha tiġi vverifikata permezz taċ-ċertifikati tar-rendiment tal-enerġija msemmijin fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2010/31/UE. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|