|
+ANNESS IX REKWIŻITI MINIMI GĦALL-KONTIJIET U GĦALL-INFORMAZZJONI DWAR IL-KONSUM GĦAT-TISĦIN, IT-TKESSIĦ U L-ILMA SĦUN DOMESTIKU |
ANNESS IX REKWIŻITI MINIMI GĦALL-KONTIJIET U GĦALL-INFORMAZZJONI DWAR IL-KONSUM GĦAT-TISĦIN, IT-TKESSIĦ U L-ILMA SĦUN DOMESTIKU
ANNESS IX REKWIŻITI MINIMI GĦALL-KONTIJIET U GĦALL-INFORMAZZJONI DWAR IL-KONSUM GĦAT-TISĦIN, IT-TKESSIĦ U L-ILMA SĦUN DOMESTIKU 1. Kontijiet abbażi tal-konsum reali jew tal-qari tal-allokaturi tal-kost għat-tisħin Biex l-utenti finali jkunu jistgħu jirregolaw il-konsum tagħhom tal-enerġija, il-kontijiet għandhom isiru abbażi tal-konsum reali jew tal-qari tal-allokaturi tal-kost għat-tisħin tal-inqas darba fis-sena. 2. Frekwenza minima għall-kontijiet u għall-informazzjoni dwar il-konsum Sal-31 ta’ Diċembru 2021, jekk ikunu ġew installati arloġġi li jinqraw mill-bogħod jew allokaturi tal-kost għat-tisħin, il-kontijiet u l-informazzjoni dwar il-konsum abbażi tal-konsum reali jew tal-qari tal-allokaturi tal-kost għat-tisħin għandha tingħata lill-utenti finali tal-inqas kull tliet xhur fuq talba jew meta l-klijenti finali jkunu għażlu li jirċievu kontijiet elettroniċi, jew inkella darbtejn fis-sena. Mill-1 ta’ Jannar 2022, jekk ikunu ġew installati arloġġi li jinqraw mill-bogħod jew allokaturi tal-kost għat-tisħin, il-kontijiet jew l-informazzjoni dwar il-konsum abbażi tal-konsum reali jew tal-qari tal-allokaturi tal-kost għat-tisħin għandhom jingħataw lill-utenti finali mill-inqas kull xahar. Dawn jistgħu jsiru disponibbli wkoll fuq l-internet u b’aġġornamenti sikwit kif jippermettu l-apparati u s-sistemi tal-kejl użati. It-tisħin u t-tkessiħ jistgħu jiġu eżentati minn dak ir-rekwiżit barra l-istaġuni tat-tisħin jew tat-tkessiħ. 3. Informazzjoni minima li trid tkun fil-kont L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li ġejja ssir disponibbli għall-utenti finali b’termini ċari u li jinftiehmu fil-kontijiet tagħhom jew magħhom, meta dawn ikunu bbażati fuq il-konsum reali jew fuq il-qari tal-allokaturi tal-kost għat-tisħin:
(a)
il-prezzijiet reali attwali u l-konsum reali tal-enerġija jew il-kost totali tat-tisħin u l-qari tal-allokaturi tal-kost għat-tisħin;
(b)
it-taħlita tal-fjuwils użati u l-emissjonijiet annwali tal-gassijiet serra relatati, inkluż għall-utenti finali fornuti bit-tisħin jew it-tkessiħ distrettwali, u deskrizzjoni tat-taxxi, tal-imposti u tat-tariffi differenti applikati;
(c)
paraguni tal-konsum attwali tal-enerġija tal-klijent finali mal-konsum fl-istess perjodu tas-sena preċedenti, b’format grafiku u b’korrezzjonijiet tal-klima għat-tisħin u għat-tkessiħ;
(d)
l-informazzjoni ta’ kuntatt għall-organizzazzjonijiet tal-klijenti finali, l-aġenziji tal-enerġija jew korpi simili, inkluż l-indirizzi tas-siti web, imnejn jistgħu jinkisbu informazzjoni dwar il-miżuri disponibbli għal titjib tal-effiċjenza enerġetika, profili komparattivi tal-utenti aħħarin, u speċifikazzjonijiet tekniċi oġġettivi għat-tagħmir li juża l-enerġija;
(e)
l-informazzjoni dwar il-proċeduri tal-ilmenti rilevanti, is-servizzi tal-ombudsman jew mekkaniżmi alternattivi għar-riżoluzzjoni tat-tilwim, meta applikabbli fl-Istati Membri;
(f)
paraguni ma’ utent finali medju normalizzat jew skont parametri referenzjarji fl-istess kategorija tal-utenti. Fil-każ tal-kontijiet elettroniċi, dawn il-paraguni jistgħu minflok isiru disponibbli online u jiġu indikati fil-kontijiet. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżit tal-għoti tal-informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu biex ikun jinkludi biss il-fornimenti minn sistemi tat-tisħin distrettwali b’input termali klassifikat totali li jaqbeż l-20 MW. Il-kontijiet li ma jkunux ibbażati fuq il-konsum reali jew fuq il-qari tal-allokaturi tal-kost għat-tisħin għandhom jinkludu spjegazzjoni ċara u li tinftiehem ta’ kif ġie kkalkulat l-ammont stipulat fil-kont, u tal-inqas l-informazzjoni msemmija fil-punti (d) u (e). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|