|
+ANNESS XI ANALIŻIJIET TAL-KOSTBENEFIĊĊJI |
ANNESS XI ANALIŻIJIET TAL-KOSTBENEFIĊĊJI
ANNESS XI ANALIŻIJIET TAL-KOSTBENEFIĊĊJI L-analiżijiet tal-kostbenefiċċji għandhom jipprovdu informazzjoni għall-għan tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 25(3) u l-Artikolu 26(7): Jekk tiġi ppjanata installazzjoni tal-elettriku biss jew installazzjoni mingħajr irkupru tas-sħana, għandu jsir paragun bejn l-installazzjonijiet ippjanati jew il-modernizzazzjoni ppjanata u installazzjoni ekwivalenti li tipproduċi l-istess ammont ta’ elettriku jew sħana fil-proċessi, iżda li tirkupra s-sħana mormija u tforni s-sħana permezz ta’ koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja jew networks tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali, jew it-tnejn. F’konfini ġeografiċi partikolari, il-valutazzjoni għandha tqis l-installazzjoni ppjanata u kull punt eżistenti jew potenzjali xieraq ta’ domanda għat-tisħin jew għat-tkessiħ li jistgħu jiġu fornuti minnha, bil-kunsiderazzjoni ta’ possibbiltajiet razzjonali, pereżempju, l-fattibbiltà teknika u d-distanza. Il-konfini tas-sistema għandu jinkludi l-installazzjoni ppjanata u t-tagħbijiet tat-tisħin u tat-tkessiħ, bħall-bini u l-proċess industrijali. F’dan il-konfini tas-sistema, il-kost totali tal-forniment tas-sħana u tal-enerġija għandu jiġi ddeterminata għaż-żewġ każijiet u jitqabbel. It-tagħbijiet tat-tisħin jew tat-tkessiħ għandhom jinkludu t-tagħbijiet eżistenti tat-tisħin jew tat-tkessiħ bħal installazzjonijiet industrijali jew sistema eżistenti tat-tisħin jew tat-tkessiħ distrettwali, u anki, f’żoni urbani, it-tagħbijiet u l-kostijiet eżistenti tat-tisħin jew tat-tkessiħ li jkun hemm jekk grupp ta’ bini jew parti minn belt jiġu fornuti bihom jew jiġu konnessi ma’ network ġdid tat-tisħin jew tat-tkessiħ distrettwali, jew it-tnejn. L-analiżijiet tal-kostbenefiċċji għandhom ikuni ibbażati fuq deskrizzjoni tal-installazzjoni ppjanata u l-installazzjoni(jiet) paragunati, li tkopri l-kapaċità elettrika u termali, kif applikabbli, it-tip ta’ fjuwil, l-użu ppjanat u l-għadd ta’ sigħat ta’ operazzjoni ppjanati kull sena, il-post u d-domanda elettrika u termali. Il-valutazzjoni tal-użu tas-sħana mormija għandha tqis it-teknoloġiji attwali. Il-valutazzjoni għandha tqis l-użu dirett tas-sħana mormija jew l-aġġornament tagħha għal livelli ogħla ta’ temperatura, jew it-tnejn li huma. Fil-każ tal-irkupru fuq il-post tas-sħana mormija, għandu jiġi vvalutat mill-inqas l-użu ta’ skambjaturi tas-sħana, pompi tas-sħana, u teknoloġiji tas-sħana għall-enerġija. Fil-każ tal-irkupru mhux fuq il-post tas-sħana mormija, tal-inqas l-installazzjonijiet industrijali, is-siti agrikoli u n-networks tat-tisħin distrettwali għandhom jiġu vvalutati bħala punti ta’ domanda potenzjali. Għall-finijiet tal-paragun, għandhom jitqiesu d-domanda għall-enerġija termali u t-tipi ta’ tisħin u tkessiħ użati mill-punti viċini tad-domanda għat-tisħin jew għat-tkessiħ. Il-paragun għandu jkopri l-kostijiet relatati mal-infrastruttura għall-installazzjoni ppjanata u paragunata. L-analiżijiet tal-kostbenefiċċji għall-finijiet tal-Artikolu 26(7) għandhom jinkludu analiżi ekonomika li tkopri analiżi finanzjarja li tirrifletti t-tranżazzjonijiet attwali tal-flussi tal-flus kontanti mill-investimenti f’installazzjonijiet individwali u mit-tħaddim tagħhom. Il-proġetti b’eżitu pożittiv tal-kostbenefiċċji huma dawk li t-total tal-benefiċċji skontati fl-analiżi ekonomika u finanzjarja jaqbeż it-total tal-kostijiet skontati (eċċess tal-kostbenefiċċji). L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-prinċipji gwida għall-metodoloġija, is-suppożizzjonijiet u l-medda taż-żmien għall-analiżi ekonomika. L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-kumpaniji responsabbli mill-operazzjoni tal-installazzjonijiet ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku termali, lill-kumpaniji industrijali, lin-networks tat-tisħin u tat-tkessiħ distrettwali, jew lil partijiet oħra influwenzati mill-konfini definit tas-sistema u mill-konfini ġeografiku, biex jipprovdu data biex tintuża għal valutazzjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji ta’ installazzjoni individwali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|