|
+ANNESS XIII KRITERJI TAL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA GĦAL REGOLAMENTAZZJONI TAN-NETWORK TAL-ENERĠIJA U GĦAT-TARIFFI TAN-NETWORK TAL-ELETTRIKU |
ANNESS XIII KRITERJI TAL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA GĦAL REGOLAMENTAZZJONI TAN-NETWORK TAL-ENERĠIJA U GĦAT-TARIFFI TAN-NETWORK TAL-ELETTRIKU
ANNESS XIII KRITERJI TAL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA GĦAL REGOLAMENTAZZJONI TAN-NETWORK TAL-ENERĠIJA U GĦAT-TARIFFI TAN-NETWORK TAL-ELETTRIKU 1. It-tariffi tan-network għandhom ikunu trasparenti u nondiskriminatorji, u għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2019/943 u jirriflettu l-kost tal-iffrankar tal-kost fin-networks miksub min-naħa tad-domanda u l-miżuri ta’ rispons għad-domanda u l-ġenerazzjoni distribwita, inkluż l-iffrankar miksub bit-tnaqqis fil-kost tat-twassil jew tal-investiment fin-networks, u b’operazzjoni aktar ottimali tan-network. 2. Ir-regolamentazzjoni u t-tariffi tan-netwerk m’għandhomx jipprevjenu lill-operaturi tan-netwerk jew lill-bejjiegħa tal-enerġija milli jagħmlu disponibbli servizzi tas-sistema għal miżuri ta’ rispons għad-domanda, il-ġestjoni tad-domanda u l-ġenerazzjoni distribwita fis-swieq tal-elettriku organizzati, inkluż is-swieq over-the-counter u l-iskambji tal-elettriku għall-kummerċ tal-enerġija, il-kapaċità, l-ibbilanċjar u s-servizzi anċillari fil-perjodi kollha ta’ żmien, inkluż is-swieq tal-futuri, ta’ ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata, b’mod partikolari:
(a)
it-trasferiment tat-tagħbija mill-ħinijiet tal-akbar domanda għall-ħinijiet li mhumiex tal-akbar domanda, u l-klijenti finali jqisu d-disponibbiltà tal-enerġija rinnovabbli, l-enerġija mill-koġenerazzjoni u l-ġenerazzjoni distribwita;
(b)
l-iffrankar tal-enerġija miksub b’rispons għad-domanda tal-konsumaturi distribwiti b’aggregaturi indipendenti;
(c)
it-tnaqqis tad-domanda miksub b’miżuri tal-effiċjenza enerġetika mwettqa mill-fornituri tas-servizzi tal-enerġija, inkluż l-ESCOs;
(d)
il-konnessjoni u d-dispaċċ ta’ sorsi ta’ ġenerazzjoni b’livelli aktar baxxi ta’ vultaġġ;
(e)
il-konnessjoni ta’ sorsi ta’ ġenerazzjoni minn post eqreb lejn il-konsum; kif ukoll
(f)
il-ħżin tal-enerġija. 3. It-tariffi tan-network jew tal-bejgħ bl-imnut jistgħu jappoġġaw l-ipprezzar dinamiku għal miżuri ta’ rispons għad-domanda mill-klijenti finali, bħal:
(a)
tariffi skont il-ħin tal-użu (time-of-use tariffs);
(b)
ipprezzar għall-ħinijiet kritiċi tal-aktar użu (critical peak pricing);
(c)
ipprezzar fil-ħin reali; kif ukoll
(d)
rifużjonijiet tal-ħinijiet tal-aktar użu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|