1. Is-sistema ta’ konnettività sigura għandha tiġi stabbilita billi tiġi definita, iddisinjata, żviluppata, mibnija u mħaddma infrastruttura ta’ konnettività multiorbitali, aġġustata għall-evoluzzjoni tad-domanda governattiva għall-komunikazzjoni bis-satellita u li toffri latenza baxxa. Din għandha tkun modulari sabiex jiġu ssodisfati l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 u sabiex jiġi stabbilit il-portafoll tas-servizzi għas-servizzi governattivi stabbiliti fl-Artikolu 10(1). Hija għandha tikkomplementa u tintegra l-kapaċitajiet eżistenti u futuri użati fil-qafas tal-komponent ta’ GOVSATCOM. Din għandha tikkonsisti minn infrastruttura governattiva, kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, u infrastruttura kummerċjali, kif imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.