+Artikolu 5 Infrastruttura tas-sistema ta’ konnettività sigura
---+Artikolu 5 1
---+Artikolu 5 2
---+Artikolu 5 3
---+Artikolu 5 4
---+Artikolu 5 5

Artikolu 5 Infrastruttura tas-sistema ta’ konnettività sigura

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1

1.   Is-sistema ta’ konnettività sigura għandha tiġi stabbilita billi tiġi definita, iddisinjata, żviluppata, mibnija u mħaddma infrastruttura ta’ konnettività multiorbitali, aġġustata għall-evoluzzjoni tad-domanda governattiva għall-komunikazzjoni bis-satellita u li toffri latenza baxxa. Din għandha tkun modulari sabiex jiġu ssodisfati l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 u sabiex jiġi stabbilit il-portafoll tas-servizzi għas-servizzi governattivi stabbiliti fl-Artikolu 10(1). Hija għandha tikkomplementa u tintegra l-kapaċitajiet eżistenti u futuri użati fil-qafas tal-komponent ta’ GOVSATCOM. Din għandha tikkonsisti minn infrastruttura governattiva, kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, u infrastruttura kummerċjali, kif imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 5 2

2.   L-infrastruttura governattiva tas-sistema ta’ konnettività sigura għandha tinkludi l-assi tal-art u spazjali relatati kollha li huma meħtieġa għall-forniment tas-servizzi governattivi, kif stipulat fl-Artikolu 10(1), il-punti (a) u (b), ta’ dan ir-Regolament, inkluż l-assi li ġejjin:

(a)

jew satelliti jew subsistemi satellitari, inkluż tagħbijiet utli;

(b)

EuroQCI;

(c)

infrastruttura għall-monitoraġġ tas-sigurtà tal-infrastruttura governattiva u s-servizzi governattivi;

(d)

l-infrastruttura tal-art għall-forniment tas-servizzi lill-utenti awtorizzati mill-gvernijiet, inkluż l-infrastruttura tas-segment tal-art ta’ GOVSATCOM, li trid tiżdied, b’mod partikolari ċ-Ċentri tal-GOVSATCOM imsemmija fl-Artikolu 67 tar-Regolament (UE) 2021/696.

L-infrastruttura governattiva għandha tospita, meta jkun xieraq, subsistemi satellitari addizzjonali, b’mod partikolari tagħbijiet utli, li jistgħu jintużaw bħala parti mill-infrastruttura bbażata fuq l-ispazju tal-komponenti tal-Programm Spazjali tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2021/696 skont it-termini u l-kondizzjonijiet stipulati f’dak ir-Regolament, kif ukoll subsistemi satellitari użati biex jiġu pprovduti servizzi mhux tal-komunikazzjoni lill-Istati Membri.

Artikolu 5 3

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, fejn ikun meħtieġ, miżuri meħtieġa biex jiġi determinat il-post taċ-ċentri li jappartjenu għall-infrastruttura governattiva tal-art, f’konformità mar-rekwiżiti ġenerali tas-sigurtà msemmija fl-Artikolu 30(3) ta’ dan ir-Regolament, wara proċess miftuħ u trasparenti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 47(3) ta’ dan ir-Regolament.

Għall-protezzjoni tal-interessi tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, iċ-ċentri msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, fejn possibbli, għandhom ikunu jinsabu fit-territorju tal-Istati Membri u regolati minn ftehim ta’ akkoljenza fil-forma ta’ ftehim amministrattiv bejn l-Unjoni u l-Istat Membru kkonċernat.

Fejn ma jkunx possibbli li ċ-ċentri jkunu fit-territorju tal-Istati Membri, il-Kummissjoni tista’ tiddetermina l-post ta’ tali ċentri fit-territorju tal-membri tal-EFTA li huma membri taż-ŻEE jew fit-territorju ta’ pajjiż terz ieħor, soġġett għal ftehim ta’ akkoljenza bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz ikkonċernat konkluż f’konformità mal-Artikolu 218 TFUE.

Minkejja l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-post taċ-Ċentri tal-GOVSATCOM għandu jiġi ddeterminat f’konformità mal-Artikolu 67(2) tar-Regolament (UE) 2021/696.

Artikolu 5 4

4.   L-infrastruttura kummerċjali tas-sistema ta’ konnettività sigura għandha tinkludi l-assi spazjali u tal-art kollha għajr dawk li huma parti mill-infrastruttura governattiva. L-infrastruttura kummerċjali ma għandhiex tfixkel il-prestazzjoni jew is-sigurtà tal-infrastruttura governattiva. L-infrastruttura kummerċjali u kwalunkwe riskju relatat għandhom jiġu ffinanzjati kompletament mill-kuntratturi msemmija fl-Artikolu 19, sabiex jiġi ssodisfat l-objettiv imsemmi fl-Artikolu 3(1), il-punt (b).

Artikolu 5 5

5.   Sabiex jiġu protetti l-interessi tas-sigurtà tal-Unjoni, l-assi spazjali tal-infrastruttura governattiva għandhom jiġu llanċjati minn fornituri tas-servizzi eżistenti u futuri, inkluż dawk li jużaw lanċjaturi żgħar u mikrolanċjaturi, li jikkonformaw mal-kondizzjonijiet ta’ eliġibbiltà u parteċipazzjoni stipulati fl-Artikolu 22 u, f’ċirkostanzi eċċezzjonali ġustifikati biss, mit-territorju ta’ pajjiż terz.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.03.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0588
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.