5. Il-Kummissjoni għandha tiżgura, fejn xieraq, li l-kuntratti, il-ftehimiet u arranġamenti oħra rilevanti jinkludu l-possibbiltà ta’ trasferiment ta’ dawk id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali lil partijiet terzi, jew il-possibbiltà ta’ għoti ta’ liċenzji ta’ partijiet terzi għal dawk id-drittijiet, inkluż lill-kreatur tal-proprjetà intellettwali, u li tali partijiet terzi jkunu jistgħu jgawdu dawk id-drittijiet liberament meta jkun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament.