+Artikolu 6 Sjieda u użu tal-assi
---+Artikolu 6 1
---+Artikolu 6 2
---+Artikolu 6 3
---+Artikolu 6 4
---+Artikolu 6 5

Artikolu 6 Sjieda u użu tal-assi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1

1.   L-Unjoni għandha tkun is-sid tal-assi tanġibbli u intanġibbli kollha li jiffurmaw parti mill-infrastruttura governattiva żviluppata taħt il-Programm, kif imsemmi fl-Artikoli 5(2) u 19(10), bl-eċċezzjoni tal-infrastruttura terrestri EuroQCI, li għandha tkun il-proprjetà tal-Istati Membri. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-kuntratti, il-ftehimiet u arranġamenti oħra rilevanti marbuta mal-attivitajiet li jistgħu jirriżultaw fil-ħolqien jew fl-iżvilupp ta’ tali assi jkun fihom dispożizzjonijiet li jiżguraw is-sjieda tal-Unjoni ta’ dawk l-assi.

Artikolu 6 2

2.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Unjoni jkollha d-drittijiet li ġejjin:

(a)

id-dritt tal-użu tal-frekwenzi meħtieġa għat-trażmissjoni tas-sinjali ġġenerati mill-infrastruttura governattiva, f’konformità mal-liġijiet u r-regolamenti applikabbli u l-ftehimiet ta’ liċenzjar rilevanti, li huwa possibbli permezz tar-riżervi tal-frekwenzi rilevanti pprovduti mill-Istati Membri, li jibqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri;

(b)

id-dritt li tingħata prijorità lill-forniment tas-servizzi governattivi fuq is-servizzi kummerċjali, f’konformità mat-termini u l-kondizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti fil-kuntratti msemmija fl-Artikolu 19 u billi jitqiesu l-ħtiġijiet tal-utenti awtorizzati mill-gvernijiet imsemmija fl-Artikolu 12(1).

Artikolu 6 3

3.   Il-Kummissjoni għandha tfittex li tikkonkludi kuntratti, ftehimiet jew arranġamenti oħra ma’ partijiet terzi, inkluż il-kuntratturi msemmija fl-Artikolu 19, fir-rigward ta’:

(a)

drittijiet ta’ sjieda preeżistenti fir-rigward ta’ assi tanġibbli u intanġibbli li jiffurmaw parti mill-infrastruttura governattiva;

(b)

l-akkwist tas-sjieda jew tad-drittijiet tal-liċenzja fir-rigward ta’ assi oħra tanġibbli jew intanġibbli meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-infrastruttura governattiva.

Artikolu 6 4

4.   Fejn l-assi msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 jikkonsistu minn drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-Kummissjoni għandha timmaniġġa dawk id-drittijiet bl-aktar mod effettiv possibbli, filwaqt li tqis:

(a)

il-ħtieġa li tipproteġi l-assi u li tagħtihom valur;

(b)

l-interessi leġittimi tal-partijiet ikkonċernati kollha;

(c)

il-ħtieġa li jiġu żgurati swieq kompetittivi u li jiffunzjonaw tajjeb u li jiġu żviluppati teknoloġiji ġodda;

(d)

il-ħtieġa tal-kontinwità tas-servizzi pprovduti mill-Programm.

Artikolu 6 5

5.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura, fejn xieraq, li l-kuntratti, il-ftehimiet u arranġamenti oħra rilevanti jinkludu l-possibbiltà ta’ trasferiment ta’ dawk id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali lil partijiet terzi, jew il-possibbiltà ta’ għoti ta’ liċenzji ta’ partijiet terzi għal dawk id-drittijiet, inkluż lill-kreatur tal-proprjetà intellettwali, u li tali partijiet terzi jkunu jistgħu jgawdu dawk id-drittijiet liberament meta jkun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.03.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0588
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.