+Artikolu 7 Azzjonijiet b’sostenn għal ekosistema spazjali innovattiva u kompetittiva tal-Unjoni
---+Artikolu 7 1
---+Artikolu 7 2
---+Artikolu 7 3
|
Artikolu 7 Azzjonijiet b’sostenn għal ekosistema spazjali innovattiva u kompetittiva tal-Unjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 7 1
|
1. F’konformità mal-objettiv imsemmi fl-Artikolu 3(2), il-punt (g), ta’ dan ir-Regolament, il-Programm għandu jappoġġa ekosistema spazjali innovattiva u kompetittiva tal-Unjoni, inkluż Spazju Ġdid, b’mod partikolari l-attivitajiet stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2021/696.
|
|
Artikolu 7 2
|
2. Il-Kummissjoni għandha tistimula l-innovazzjoni fl-ekosistema spazjali tal-Unjoni, inkluż Spazju Ġdid, matul id-durata tal-Programm billi:
|
(a)
|
tistabbilixxi kriterji għall-għoti tal-kuntratti msemmija fl-Artikolu 19 li jiżguraw l-aktar parteċipazzjoni wiesgħa ta’ negozji ġodda u ta’ SMEs minn madwar l-Unjoni u tul il-katina tal-valur kollha;
|
|
(b)
|
tirrikjedi li l-kuntratturi msemmija fl-Artikolu 19 jipprovdu pjan biex jimmassimizzaw, f’konformità mal-Artikolu 21, l-integrazzjoni ta’ entranti ġodda, negozji ġodda u SMEs minn madwar l-Unjoni fl-attivitajiet taħt il-kuntratti msemmija fl-Artikolu 19;
|
|
(c)
|
tirrikjedi, permezz tal-kuntratti msemmija fl-Artikolu 19, li entranti ġodda, negozji ġodda, SMEs u kumpanija b’kapitalizzazzjoni medja minn madwar l-Unjoni jkunu jistgħu jipprovdu servizzi proprji tagħhom stess lill-utenti finali;
|
|
(d)
|
tippromwovi l-użu u l-iżvilupp ta’ standards miftuħa, teknoloġiji b’sors miftuħ u l-interoperabbiltà fl-arkitettura tas-sistema ta’ konnettività sigura, sabiex tippermetti sinerġiji, tottimizza l-ispejjeż, ittejjeb l-affidabbiltà, trawwem l-innovazzjoni u taħsad il-benefiċċji ta’ kompetizzjoni wiesgħa;
|
|
(e)
|
tippromwovi l-iżvilupp u l-produzzjoni fl-Unjoni ta’ teknoloġiji kritiċi, li huma meħtieġa biex jiġu sfruttati s-servizzi governattivi.
|
|
|
Artikolu 7 3
|
3. Il-Kummissjoni għandha wkoll:
|
(a)
|
tappoġġa l-akkwist u l-aggregazzjoni ta’ kuntratti ta’ servizzi għall-ħtiġijiet tal-Programm bl-objettiv li jingranaw u jistimulaw investimenti privati fit-tul, inkluż permezz ta’ akkwist konġunt;
|
|
(b)
|
tippromwovi u tħeġġeġ parteċipazzjoni aktar b’saħħitha tan-nisa u tistabbilixxi għanijiet ta’ ugwaljanza u inklużjoni fid-dokumenti tal-offerti;
|
|
(c)
|
tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ ħiliet avvanzati f’oqsma relatati mal-ispazju u għal attivitajiet ta’ taħriġ.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.03.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0588
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|