6. Ir-riżorsi allokati lill-Istati Membri fil-qafas ta’ ġestjoni kondiviża jistgħu, fuq it-talba tal-Istat Membru kkonċernat, jiġu ttrasferiti lill-Programm, soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28) Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawk ir-riżorsi direttament f’konformità mal-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament f’konformità mal-punt (c) ta’ dak is-subparagrafu. Dawk ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.