+Artikolu 13 Baġit
---+Artikolu 13 1
---+Artikolu 13 2
---+Artikolu 13 3
---+Artikolu 13 4
---+Artikolu 13 5
---+Artikolu 13 6

Artikolu 13 Baġit

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13 1

1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2027 u biex ikopri r-riskji assoċjati, għandu jkun ta’ EUR 1,65 biljun bil-prezzijiet attwali.

L-ammont imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi distribwit b’mod indikattiv mill-QFP 2021-2027 kif ġej:

(a)

EUR 1 biljun mill-Intestatura 1 (Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali);

(b)

EUR 0,5 biljun mill-Intestatura 5 (Sigurtà u Difiża);

(c)

EUR 0,15-il biljun mill-Intestatura 6 (Viċinat u d-Dinja).

Artikolu 13 2

2.   Il-Programm għandu jiġi kkomplementat b’ammont ta’ EUR 0,75 biljun implimentat taħt il-Programm Orizzont Ewropa, il-komponent ta’ GOVSATCOM u l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI) għal ammont indikattiv massimu ta’ EUR 0,38 biljun, EUR 0,22 biljun u EUR 0,15-il biljun rispettivament. Dak il-finanzjament għandu jiġi implimentat f’konformità mal-objettivi, ir-regoli u l-proċeduri stipulati fir-Regolament (UE) 2021/695, u d-Deċiżjoni (UE) 2021/764, u r-Regolamenti (UE) 2021/696 u (UE) 2021/947.

Artikolu 13 3

3.   L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu għandu jintuża biex ikopri l-attivitajiet kollha meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-objettivi msemmija fl-Artikolu 3(1), il-punt (a) u biex ikopri x-xiri tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 9(4). Tali nefqa tista’ tkopri wkoll:

(a)

l-istudji u l-laqgħat tal-esperti, b’mod partikolari l-konformità mal-limiti tal-kost u tal-ħin tagħhom;

(b)

l-attivitajiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni, inkluż il-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet ta’ politika tal-Unjoni fejn dawn ikunu marbuta direttament mal-objettivi ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari biex jinħolqu sinerġiji ma’ politiki oħra tal-Unjoni;

(c)

in-networks tat-teknoloġija tal-informazzjoni li jkollhom il-funzjoni li jipproċessaw jew li jiskambjaw l-informazzjoni, u l-miżuri dwar il-ġestjoni amministrattiva implimentati mill-Kummissjoni, inkluż fil-qasam tas-sigurtà;

(d)

assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm, bħal attivitajiet ta’ tħejjija, ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll, ta’ awditjar u ta’ evalwazzjoni, inkluż sistemi korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni.

Artikolu 13 4

4.   L-azzjonijiet li jirċievu finanzjament kumulattiv minn programmi differenti tal-Unjoni għandhom jiġu awditjati darba biss, billi jiġu koperti l-programmi involuti kollha u r-regoli applikabbli rispettivi tagħhom.

Artikolu 13 5

5.   L-impenji baġitarji għal attivitajiet li jestendu għal aktar minn sena finanzjarja waħda jistgħu jinqasmu fuq bosta snin f’pagamenti annwali.

Artikolu 13 6

6.   Ir-riżorsi allokati lill-Istati Membri fil-qafas ta’ ġestjoni kondiviża jistgħu, fuq it-talba tal-Istat Membru kkonċernat, jiġu ttrasferiti lill-Programm, soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28) Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawk ir-riżorsi direttament f’konformità mal-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament f’konformità mal-punt (c) ta’ dak is-subparagrafu. Dawk ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.03.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0588
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.