+Artikolu 20 Prinċipji tal-akkwist
---+Artikolu 20 1
---+Artikolu 20 2
|
Artikolu 20 Prinċipji tal-akkwist
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 20 1
|
1. L-akkwist pubbliku taħt il-Programm għandu jitwettaq f’konformità mar-regoli dwar l-akkwist stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju.
|
|
Artikolu 20 2
|
2. Fi proċeduri ta’ akkwist pubbliku għall-finijiet tal-Programm, li jikkomplementaw il-prinċipji stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, l-awtorità kontraenti għandha taġixxi f’konformità mal-prinċipji li ġejjin:
|
(a)
|
li tippromwovi fl-Istati Membri kollha madwar l-Unjoni u tul il-katina tal-provvista kollha, l-aktar parteċipazzjoni wiesgħa u miftuħa possibbli mill-operaturi ekonomiċi, b’mod partikolari parteċipanti ġodda, negozji ġodda u SMEs, inkluż fil-każ ta’ sottokuntrattar mill-offerenti;
|
|
(b)
|
li tiżgura kompetizzjoni effettiva fil-proċess tas-sejħiet għall-offerti, u fejn ikun possibbli, l-evitar ta’ dipendenza fuq fornitur uniku, b’mod partikolari għat-tagħmir u għas-servizzi kritiċi, filwaqt li jitqiesu l-objettivi tal-indipendenza teknoloġika u tal-kontinwità tas-servizzi;
|
|
(c)
|
li ssegwi l-prinċipji tal-aċċess miftuħ u tal-kompetizzjoni, permezz ta’ sejħiet għall-offerti abbażi tal-forniment ta’ informazzjoni trasparenti u f’waqtha, il-komunikazzjoni ċara tar-regoli u l-proċeduri applikabbli dwar l-akkwist, il-kriterji tal-għażla u tal-għoti u kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti li tippermetti kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għall-offerenti potenzjali kollha;
|
|
(d)
|
li tipproteġi s-sigurtà u l-interess pubbliku tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, inkluż permezz ta’ tisħiħ tal-awtonomija strateġika tal-Unjoni, b’mod partikolari f’termini teknoloġiċi, billi twettaq valutazzjonijiet tar-riskji u timplimenta miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju ta’ tfixkil, pereżempju fejn ikun disponibbli biss fornitur wieħed;
|
|
(e)
|
li tikkonforma mar-rekwiżiti ġenerali tas-sigurtà msemmija fl-Artikolu 30(3) u li tikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha;
|
|
(f)
|
b’deroga mill-Artikolu 167 tar-Regolament Finanzjarju, li tuża, kull fejn xieraq, diversi sorsi ta’ provvista sabiex jiġi żgurat kontroll ġenerali aħjar tal-Programm, il-kost u l-iskeda tiegħu;
|
|
(g)
|
li tippromwovi l-aċċessibbiltà, il-kontinwità u l-affidabbiltà tas-servizz;
|
|
(h)
|
li ttejjeb is-sikurezza u s-sostenibbiltà tal-attivitajiet fl-ispazju ekstratmosferiku, billi timplimenta miżuri xierqa f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8;
|
|
(i)
|
li tiżgura l-promozzjoni effettiva ta’ opportunitajiet indaqs għal kulħadd, l-implimentazzjoni tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u tad-dimensjoni tal-ġeneru u li timmira li tindirizza l-kawżi tal-iżbilanċ bejn il-ġeneri, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lill-iżgurar tal-bilanċ bejn il-ġeneri fil-bordijiet ta’ evalwazzjoni.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.03.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0588
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|