+Artikolu 25 Rwol tal-Istati Membri
---+Artikolu 25 1
---+Artikolu 25 2
---+Artikolu 25 3
---+Artikolu 25 4
---+Artikolu 25 5
---+Artikolu 25 6
---+Artikolu 25 7
---+Artikolu 25 8

Artikolu 25 Rwol tal-Istati Membri

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 25 1

1.   L-Istati Membri jistgħu jikkontribwixxu bil-kompetenza teknika, bl-għarfien espert u bl-assistenza tagħhom, b’mod partikolari fil-qasam tas-sikurezza u s-sigurtà, jew, fejn xieraq u possibbli, billi jagħmlu disponibbli għall-Programm id-data, l-informazzjoni, is-servizzi u l-infrastruttura li jinsabu fit-territorju tagħhom.

Artikolu 25 2

2.   Fejn possibbli, l-Istati Membri għandhom jimmiraw li jiżguraw il-koerenza u l-komplementarjetà tal-attivitajiet rilevanti u l-interoperabbiltà tal-kapaċitajiet tagħhom fl-ambitu tal-pjanijiet ta’ rkupru u reżiljenza tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29) mal-Programm.

Artikolu 25 3

3.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw il-funzjonament bla xkiel tal-Programm.

Artikolu 25 4

4.   L-Istati Membri jistgħu jgħinu biex jiżguraw u jipproteġu, fil-livell xieraq, il-frekwenzi meħtieġa għall-Programm.

Artikolu 25 5

5.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni jistgħu jikkooperaw biex iwessgħu l-adozzjoni tas-servizzi governattivi pprovduti mill-Programm.

Artikolu 25 6

6.   Fil-qasam tas-sigurtà, l-Istati Membri għandhom iwettqu l-kompiti msemmija fl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2021/696.

Artikolu 25 7

7.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-ħtiġijiet operazzjonali tagħhom sabiex jikkonsolidaw il-kapaċità u jagħtu aktar dettalji dwar l-ispeċifikazzjonijiet tas-servizzi governattivi tagħhom. Huma għandhom ukoll jagħtu pariri lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe kwistjoni fl-oqsma ta’ kompetenza rispettivi tagħhom, b’mod partikolari billi jipprovdu input għat-tħejjija tal-atti ta’ implimentazzjoni.

Artikolu 25 8

8.   Il-Kummissjoni tista’ tinkariga, permezz ta’ ftehimiet ta’ kontribuzzjoni, kompiti speċifiċi lil organizzazzjonijiet tal-Istati Membri, fejn tali organizzazzjonijiet ikunu nħatru mill-Istat Membru kkonċernat. Il-Kummissjoni għandha tadotta d-deċiżjonijiet dwar kontribuzzjonijiet rigward il-ftehimiet ta’ kontribuzzjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 47(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.03.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0588
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.