4. Il-Kummissjoni tista’ tinkariga kompiti li jikkonċernaw il-Programm lill-Aġenzija u lill-ESA taħt ġestjoni indiretta, skont ir-rwoli u r-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom kif stipulat skont l-Artikoli 27 u 28. Sabiex tiffaċilita l-ilħuq tal-objettivi msemmija fl-Artikolu 3 u tippromwovi l-aktar kooperazzjoni effiċjenti bejn il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-ESA, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi ftehimiet ta’ kontribuzzjoni ma’ kull entità inkarigata.
Il-Kummissjoni għandha tadotta d-deċiżjonijiet dwar kontribuzzjonijiet rigward il-ftehimiet ta’ kontribuzzjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 47(2).