+Artikolu 26 Rwol tal-Kummissjoni
---+Artikolu 26 1
---+Artikolu 26 2
---+Artikolu 26 3
---+Artikolu 26 4
---+Artikolu 26 5
---+Artikolu 26 6
---+Artikolu 26 7
|
Artikolu 26 Rwol tal-Kummissjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 26 1
|
1. Il-Kummissjoni għandu jkollha r-responsabbiltà ġenerali għall-implimentazzjoni tal-Programm, inkluż fil-qasam tas-sigurtà, mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà nazzjonali. F’konformità ma’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-prijoritajiet u l-evoluzzjoni tal-Programm, skont ir-rekwiżiti tal-utent stabbiliti b’mod debitu, u għandha twettaq is-superviżjoni tal-implimentazzjoni tiegħu, mingħajr preġudizzju għal politiki oħra tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 26 2
|
2. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm diviżjoni ċara tal-kompiti u r-responsabbiltajiet bejn id-diversi entitajiet involuti fil-Programm u għandha tikkoordina l-attivitajiet ta’ dawk l-entitajiet. Il-Kummissjoni għandha tiżgura wkoll li l-entitajiet kollha inkarigati involuti fl-implimentazzjoni tal-Programm jipproteġu l-interess tal-Unjoni, jiggarantixxu l-ġestjoni tajba tal-fondi tal-Unjoni u jikkonformaw mar-Regolament Finanzjarju u ma’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 26 3
|
3. Il-Kummissjoni għandha takkwista, tagħti u tiffirma l-kuntratti msemmija fl-Artikolu 19.
|
|
Artikolu 26 4
|
4. Il-Kummissjoni tista’ tinkariga kompiti li jikkonċernaw il-Programm lill-Aġenzija u lill-ESA taħt ġestjoni indiretta, skont ir-rwoli u r-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom kif stipulat skont l-Artikoli 27 u 28. Sabiex tiffaċilita l-ilħuq tal-objettivi msemmija fl-Artikolu 3 u tippromwovi l-aktar kooperazzjoni effiċjenti bejn il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-ESA, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi ftehimiet ta’ kontribuzzjoni ma’ kull entità inkarigata.
Il-Kummissjoni għandha tadotta d-deċiżjonijiet dwar kontribuzzjonijiet rigward il-ftehimiet ta’ kontribuzzjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 47(2).
|
|
Artikolu 26 5
|
5. Mingħajr preġudizzju għall-kompiti tal-kuntratturi msemmija fl-Artikolu 19, l-Aġenzija jew entitajiet inkarigati oħra, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-adozzjoni u l-użu tas-servizzi governattivi. Għandha tiżgura l-kumplementarjetà, il-konsistenza, is-sinerġiji u r-rabtiet bejn il-Programm u azzjonijiet u programmi oħra tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 26 6
|
6. Fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-koerenza tal-attivitajiet imwettqa fil-kuntest tal-Programm mal-attivitajiet li diġà mwettqa fil-qasam tal-ispazju fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali jew internazzjonali. Hija għandha tħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, tiffaċilita l-interoperabbiltà tal-kapaċitajiet u l-iżviluppi teknoloġiċi tagħhom fil-qasam spazjali u, fejn rilevanti għall-Programm, timmira li tiżgura l-koerenza tas-sistema ta’ konnettività sigura mal-attivitajiet rilevanti u l-interoperabbiltà tal-kapaċitajiet żviluppati skont il-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza.
|
|
Artikolu 26 7
|
7. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-kumitat tal-Programm imsemmi fl-Artikolu 47(1) dwar ir-riżultati interim u finali tal-evalwazzjoni ta’ kwalunkwe proċedura ta’ akkwist, u dwar kwalunkwe kuntratt, inkluż sottokuntratti, ma’ entitajiet pubbliċi u privati.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.03.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0588
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|