6. Fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-koerenza tal-attivitajiet imwettqa fil-kuntest tal-Programm mal-attivitajiet li diġà mwettqa fil-qasam tal-ispazju fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali jew internazzjonali. Hija għandha tħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, tiffaċilita l-interoperabbiltà tal-kapaċitajiet u l-iżviluppi teknoloġiċi tagħhom fil-qasam spazjali u, fejn rilevanti għall-Programm, timmira li tiżgura l-koerenza tas-sistema ta’ konnettività sigura mal-attivitajiet rilevanti u l-interoperabbiltà tal-kapaċitajiet żviluppati skont il-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza.