2. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Kunsill u lill-Istati Membri dwar l-ispeċifikazzjoni u t-tfassil ta’ kwalunkwe aspett tal-infrastruttura EuroQCI, b’mod partikolari l-QKD relatata mal-protezzjoni tal-IKUE.
L-evalwazzjoni u l-approvazzjoni ta’ prodotti kriptografiċi għall-protezzjoni tal-IKUE għandhom jitwettqu filwaqt li jiġu rispettati r-rwoli u l-oqsma ta’ kompetenza rispettivi tal-Kunsill u tal-Istati Membri.
L-awtorità għall-akkreditazzjoni tas-sigurtà għandha tivverifika, fil-proċess ta’ akkreditazzjoni tas-sigurtà, li jintużaw biss prodotti kriptografiċi approvati.