3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tiżgura li titwettaq analiżi tar-riskji u tat-theddid għall-infrastruttura governattiva msemmija fl-Artikolu 5(2). Abbażi ta’ dik l-analiżi, hija għandha tiddetermina, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, ir-rekwiżiti ġenerali tas-sigurtà. B’hekk, il-Kummissjoni għandha tqis l-impatt ta’ dawk ir-rekwiżiti fuq il-funzjonament bla xkiel tal-infrastruttura governattiva, b’mod partikolari f’termini ta’ kost, ta’ ġestjoni tar-riskji u ta’ skeda, u għandha tiżgura li l-livell ġenerali tas-sigurtà ma jitnaqqasx, li l-funzjonament tat-tagħmir ma jkunx ipperikolat u li jkunu meqjusa r-riskji għaċ-ċibersigurtà. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 47(3).