+Artikolu 34 Kompiti u kompożizzjoni tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà
---+Artikolu 34 1
---+Artikolu 34 2
---+Artikolu 34 3

Artikolu 34 Kompiti u kompożizzjoni tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 34 1

1.   L-Artikolu 38, bl-eċċezzjoni tal-paragrafu 2, il-punti (c) sa (f), u tal-paragrafu 3, il-punt (b), u l-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) 2021/696 għandhom japplikaw għall-Programm.

Artikolu 34 2

2.   Il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandu jkollu l-kompiti li ġejjin, minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1:

(a)

l-eżaminazzjoni u, għajr fir-rigward ta’ dokumenti li jridu jiġu adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 30(3), l-approvazzjoni tad-dokumentazzjoni kollha marbuta mal-akkreditazzjoni tas-sigurtà;

(b)

l-għoti ta’ pariri, fil-qasam tal-kompetenza tiegħu, lill-Kummissjoni dwar it-tfassil ta’ abbozzi ta’ testi għall-atti msemmija fl-Artikolu 30(3), inkluż għall-istabbiliment ta’ proċeduri operattivi tas-sigurtà, u għall-forniment ta’ dikjarazzjoni bil-pożizzjoni tal-konklużjoni tiegħu;

(c)

l-eżami u l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għas-sigurtà mfassla f’konformità mal-proċess ta’ monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 37, il-punt (h), tar-Regolament (UE) 2021/696 u l-analiżi tar-riskju u tat-theddid imfassla f’konformità mal-Artikolu 30(3) ta’ dan ir-Regolament, u b’kooperazzjoni mal-Kummissjoni biex jistabbilixxi l-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji.

Artikolu 34 3

3.   Minbarra l-paragrafu 1 u fuq bażi eċċezzjonali, ir-rappreżentanti biss tal-kuntratturi involuti fl-infrastruttura u s-servizzi governattivi jistgħu jiġu mistiedna jattendu l-laqgħat tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà, bħala osservaturi, għal kwistjonijiet relatati ma’ dawk il-kuntratturi. Il-arranġamenti u l-kondizzjonijiet għall-attendenza tagħhom għandhom jiġu stabbiliti fir-regoli ta’ proċedura tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.03.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0588
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.