+Artikolu 4 Pjanijiet Soċjali għall-Klima
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 4 5.

Artikolu 4 Pjanijiet Soċjali għall-Klima

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1.
Kull Stat Membru għandu jissottometti l-Pjan tiegħu lill-Kummissjoni. Il-Pjan għandu jinkludi sett koerenti ta’ miżuri u investimenti nazzjonali eżistenti jew ġodda maħsuba biex jindirizzaw l-impatt tal-ipprezzar tal-karbonju fuq unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli sabiex jiġu żgurati tisħin, tkessiħ u mobbiltà affordabbli, filwaqt li jakkumpanjaw u jħaffu l-miżuri meħtieġa biex jintlaħqu l-miri klimatiċi tal-Unjoni.
Artikolu 4 2.
Kull Stat Membru għandu jiżgura konsistenza bejn il-Pjan tiegħu u l-pjan nazzjonali għall-enerġija u l-klima aġġornat tiegħu msemmi fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) 2018/1999.
Artikolu 4 3.
►C1  Il-Pjan jista’ jinkludi miżuri nazzjonali li jipprovdu appoġġ dirett għall-introjtu temporanju lil unitajiet domestiċi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli biex jitnaqqas l-impatt taż-żieda fil-prezz tal-fjuwils fossili li tirriżulta mill-inklużjoni ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-bini u tat-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE. ◄
Artikolu 4 4.

Il-Pjan għandu jinkludi miżuri u investimenti nazzjonali u, fejn rilevanti, lokali u reġjonali, f’konformità mal-Artikolu 8, biex:

(a) 

issir rinnovazzjoni tal-bini, u dekarbonizzazzjoni tat-tisħin u t-tkessiħ tal-bini, inkluż l-integrazzjoni tal-ġenerazzjoni u l-ħżin tal-enerġija rinnovabbli;

(b) 

jiżdied l-użu ta’ mobbiltà u trasport b’emissjonijiet żero u baxxi.

Artikolu 4 5.
Fejn Stat Membru jkollu diġà fis-seħħ sistema nazzjonali għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini u t-trasport bit-triq jew taxxa fuq il-karbonju, il-miżuri nazzjonali diġà fis-seħħ biex itaffu l-impatti u l-isfidi soċjali jistgħu jiġu inklużi fil-Pjan dment li jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0955
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.