|
+Artikolu 22 Il-koordinazzjoni u l-komplementarjetà |
Artikolu 22 Il-koordinazzjoni u l-komplementarjetàArtikolu 22 Il-koordinazzjoni u l-komplementarjetà Il-Kummissjoni u l-Istati Membri kkonċernati għandhom, b’mod proporzjonat mar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, irawmu sinerġiji u jiżguraw koordinazzjoni effettiva bejn il-Fond u l-programmi u l-istrumenti tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 6(3) ta’ dan ir-Regolament, u l-Fond għall-Modernizzazzjoni skont l-Artikolu 10d tad-Direttiva 2003/87/KE. Għal dak l-iskop, huma għandhom:
(a)
jiżguraw il-komplementarjetà, is-sinerġija, il-koerenza u l-konsistenza fost strumenti differenti fil-livelli tal-Unjoni, nazzjonali u, fejn xieraq, lokali jew reġjonali, kemm fil-fażi tal-ippjanar kif ukoll waqt l-implimentazzjoni;
(b)
itejbu kemm jista’ jkun il-mekkaniżmi għall-koordinazzjoni biex jevitaw id-duplikazzjoni tal-isforzi; u
(c)
jiżguraw kooperazzjoni mill-qrib bejn dawk responsabbli għall-implimentazzjoni u l-kontroll fil-livelli tal-Unjoni, nazzjonali u, fejn xieraq, lokali jew reġjonali biex jintlaħqu l-objettivi tal-Fond. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|