L-Istati Membri għandhom jagħmlu d-data msemmija fl-Artikolu 21(2), il-punt (d)(i), (ii) u (iv), ta’ dan ir-Regolament disponibbli għall-pubbliku u jżommuha aġġornata f’sit web uniku f’formati miftuħa u li jinqraw minn magna, kif stabbilit fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
12
), li għandhom jippermettu li d-data tiġi magħżula, imfittxija, estratta, imqabbla u użata mill-ġdid. L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 21(2), il-punti (d)(i) u (ii), ta’ dan ir-Regolament ma għandhiex tiġi ppubblikata fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 38(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 jew fil-każ ta’ appoġġ dirett għall-introjtu temporanju lill-unitajiet domestiċi vulnerabbli.