+Artikolu 23 Informazzjoni, komunikazzjoni u viżibilità
---+Artikolu 23 1.
---+Artikolu 23 2.
---+Artikolu 23 3.
|
Artikolu 23 Informazzjoni, komunikazzjoni u viżibilità
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 23 1.
|
L-Istati Membri għandhom jagħmlu d-data msemmija fl-Artikolu 21(2), il-punt (d)(i), (ii) u (iv), ta’ dan ir-Regolament disponibbli għall-pubbliku u jżommuha aġġornata f’sit web uniku f’formati miftuħa u li jinqraw minn magna, kif stabbilit fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
12
), li għandhom jippermettu li d-data tiġi magħżula, imfittxija, estratta, imqabbla u użata mill-ġdid. L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 21(2), il-punti (d)(i) u (ii), ta’ dan ir-Regolament ma għandhiex tiġi ppubblikata fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 38(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 jew fil-każ ta’ appoġġ dirett għall-introjtu temporanju lill-unitajiet domestiċi vulnerabbli.
|
|
Artikolu 23 2.
|
Ir-riċevituri ta’ appoġġ mill-Fond għandhom jiġu infurmati dwar l-oriġini ta’ dawk il-fondi, inkluż fejn jibbenefikaw minn dawk il-fondi permezz ta’ intermedjarji. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi l-emblema tal-Unjoni u dikjarazzjoni ta’ finanzjament xierqa li taqra “iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea – Fond Soċjali għall-Klima” fuq dokumenti u materjal ta’ komunikazzjoni relatati mal-implimentazzjoni tal-miżura maħsuba għar-riċevituri. Ir-riċevituri ta’ appoġġ mill-Fond, bl-eċċezzjoni tal-appoġġ għal persuni fiżiċi jew fejn ikun hemm riskju li informazzjoni kummerċjalment sensittiva ssir pubblika, għandhom jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament mill-Unjoni, b’mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom, billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil udjenzi multipli, inkluż il-media u l-pubbliku.
|
|
Artikolu 23 3.
|
Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni relatati mal-Fond, mal-azzjonijiet meħuda skont dan ir-Regolament u mar-riżultati miksuba, inkluż, fejn xieraq u bil-qbil tal-awtoritajiet nazzjonali, permezz ta’ attivitajiet ta’ komunikazzjoni konġunti mal-awtoritajiet nazzjonali u mal-uffiċċji ta’ rappreżentanza tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni fl-Istat Membru kkonċernat.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0955
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|