|
+Artikolu 26 1. |
Artikolu 26 1.Sabiex jissaħħaħ id-djalogu bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni, u sabiex jiġu żgurati aktar trasparenza u obbligu ta’ rendikont, il-kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew jistgħu jistiednu lill-Kummissjoni darbtejn f’sena biex jiddiskutu l-kwistjonijiet li ġejjin:
(a)
il-Pjanijiet sottomessi mill-Istati Membri;
(b)
il-valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-Pjanijiet sottomessi mill-Istati Membri;
(c)
l-istatus tal-kisba tal-objettivi intermedji u l-miri stabbiliti fil-Pjanijiet sottomessi mill-Istati Membri;
(d)
il-proċeduri tal-ħlas, tas-sospensjoni u tat-terminazzjoni, inkluż kwalunkwe osservazzjoni ppreżentata u kwalunkwe miżura ta’ rimedju meħuda mill-Istati Membri biex jiżguraw il-kisba sodisfaċenti tal-objettivi intermedji u l-miri stabbiliti fil-Pjanijiet sottomessi minnhom. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|