+Artikolu 28 Emenda għar-Regolament (UE) 2021/1060
---+Artikolu 28 1.
---+Artikolu 28 2.
---+Artikolu 28 3.
---+Artikolu 28 4.
---+Artikolu 28 5.
|
Artikolu 28 Emenda għar-Regolament (UE) 2021/1060
Fir-Regolament (UE) 2021/1060, jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 26a Riżorsi trasferiti mill-Fond Soċjali għall-Klima
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 28 1.
|
Ir-riżorsi trasferiti mill-Fond Soċjali għall-Klima, stabbilit bir-Regolament (UE) 2023/955 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*1
) għandhom jiġu implimentati f’konformità ma’ dan ir-Regolament u mad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-Fond li għalih jiġu ttrasferiti r-riżorsi u għandhom ikunu definittivi. Tali riżorsi għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat estern għall-fini tal-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u għandhom ikunu addizzjonali għar-riżorsi msemmija fl-Artikolu 110 ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 28 2.
|
Meta l-Istati Membri jimplimentaw ir-riżorsi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu taħt ġestjoni kondiviża, huma għandhom jissottomettu l-emendi tal-programm f’konformità mal-Artikolu 24 ta’ dan ir-Regolament fir-rigward ta’ programm wieħed jew aktar. L-Istati Membri għandhom jippjanaw l-użu ta’ tali riżorsi biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi stabbiliti għall-baġit tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament. Dawk ir-riżorsi għandhom jikkontribwixxu biex jinkisbu l-objettivi rilevanti tal-Fond Soċjali għall-Klima kif stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2023/955 u għandhom jintużaw biex jappoġġaw il-miżuri u l-investimenti stabbiliti fl-Artikolu 8 ta’ dak ir-Regolament. Huma għandhom jiġu pprogrammati taħt prijorità ddedikata waħda jew aktar li jikkorrispondu għal objettiv speċifiku wieħed jew aktar tal-Fond li għalih jiġu ttrasferiti r-riżorsi u għal kategorija waħda jew aktar ta’ reġjuni, fejn japplika, b’indikazzjoni tat-tqassim annwali tar-riżorsi. Ma għandhomx jitqiesu għall-kalkolu tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ konċentrazzjoni tematika kif previst fir-regoli speċifiċi għall-Fond.
|
|
Artikolu 28 3.
|
Meta l-Kummissjoni tkun diġà approvat talba ta’ Stat Membru għal emenda ta’ programm relatat ma’ trasferiment ta’ riżorsi mill-Fond Soċjali għall-Klima, għal kwalunkwe trasferiment ulterjuri ta’ riżorsi fis-snin sussegwenti, l-Istat Membru jista’ jissottometti notifika ta’ tabelli finanzjarji minflok emenda ta’ programm, dment li l-bidliet proposti jkunu relatati esklużivament ma’ żieda fir-riżorsi finanzjarji, mingħajr ebda bidla ulterjuri fil-programm.
|
|
Artikolu 28 4.
|
B’deroga mill-Artikolu 18 u l-Artikolu 86(1), it-tieni subparagrafu, ta’ dan ir-Regolament, ir-riżorsi trasferiti f’konformità ma’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2023/955 ma għandhomx jitqiesu għar-rieżami ta’ nofs it-terminu u l-ammont ta’ flessibbiltà.
|
|
Artikolu 28 5.
|
B’deroga mill-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, il-limitu ta’ żmien li warajh il-Kummissjoni għandha tiddiżimpenja l-ammonti f’konformità mal-Artikolu 105(1) ta’ dan ir-Regolament għandu jibda mis-sena li fiha jsiru l-impenji baġitarji korrispondenti. Ir-riżorsi ma għandhomx jiġu ttrasferiti għal programmi taħt il-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0955
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|