+ANNESS V

ANNESS V




ANNESS V

Mudell għall-Pjanijiet Soċjali għall-Klima msemmija fl-Artikolu 6(7)

Werrej

1.

ĦARSA ĠENERALI U PROĊESS BIEX JIĠI STABBILIT IL-PJAN SOĊJALI GĦALL-KLIMA

1.1.

Taqsira eżekuttiva

1.2.

Ħarsa ġenerali lejn is-sitwazzjoni attwali tal-politika

1.3.

Proċess ta’ konsultazzjoni pubblika

2.

DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI U L-INVESTIMENTI, L-OBJETTIVI INTERMEDJI U L-MIRI

2.1.

KOMPONENT [1][2]: [settur tal-bini][settur tat-trasport]

(i)

Deskrizzjoni tal-komponent

(ii)

Deskrizzjoni tal-miżuri u l-investimenti tal-komponent

(iii)

La tagħmilx ħsara sinifikanti

(iv)

Objettivi intermedji, miri u skeda ta’ żmien

(v)

Finanzjament u kostijiet

(vi)

Ġustifikazzjoni għall-entitajiet benefiċjarji għajr unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli (jekk applikabbli)

(vii)

Kostijiet totali stmati tal-komponent

(viii)

Xenarju fil-każ ta’ bidu aktar tard tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet

2.2.

KOMPONENT [3]: appoġġ dirett għall-introjtu

(i)

Deskrizzjoni tal-komponent

(ii)

Deskrizzjoni tal-miżuri tal-komponent

(iii)

Objettivi intermedji u miri għal miżuri ta’ appoġġ dirett għall-introjtu

(iv)

Ġustifikazzjoni għall-miżuri

(v)

Kostijiet tal-miżuri

(vi)

Ġustifikazzjoni għall-entitajiet benefiċjarji għajr unitajiet domestiċi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli (jekk applikabbli)

(vii)

Il-kost stmat tal-Pjan għall-komponent tal-appoġġ dirett għall-introjtu temporanju.

(viii)

Xenarju fil-każ ta’ bidu aktar tard tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet

2.3.

Assistenza teknika

2.4.

Trasferimenti għal programmi ta’ ġestjoni kondiviża

2.5.

Kostijiet

3.

ANALIŻI U IMPATT ĠENERALI

3.1.

Definizzjonijiet

3.2.

Impatt proġettat fuq gruppi vulnerabbli

3.3.

Impatt proġettat tal-miżuri u l-investimenti ppjanati

4.

KOMPLEMENTARJETÀ, ADDIZZJONALITÀ U IMPLIMENTAZZJONI TAL-PJAN

4.1.

Monitoraġġ u implimentazzjoni tal-Pjan

4.2.

Konsistenza ma’ inizjattivi oħra

4.3.

Komplementarjetà tal-finanzjament

4.4.

Addizzjonalità

4.5.

Speċifiċitajiet ġeografiċi

4.6.

Prevenzjoni tal-korruzzjoni, il-frodi u l-kunflitt ta’ interessi

4.7.

Informazzjoni, komunikazzjoni u viżibilità

1.   ĦARSA ĠENERALI U PROĊESS BIEX JIĠI STABBILIT IL-PJAN SOĊJALI GĦALL-KLIMA

1.1.   Taqsira eżekuttiva

Il-kuntest tat-tranżizzjoni ekoloġika fl-Istat Membru b’enfasi partikolari fuq l-isfidi ewlenin mill-impatti soċjali tal-inklużjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mis-settur tal-bini u dak tat-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE u kif il-Pjan ser iwieġeb għal dawn l-isfidi.

It-tabella ta’ ħarsa ġenerali li tiġbor fil-qosor l-objettivi ewlenin tal-Pjan, flimkien mal-kostijiet totali stmati tal-Pjan, inkluż il-kontribuzzjoni mill-Fond, il-kontribuzzjoni nazzjonali u r-riżorsi mill-programmi ta’ ġestjoni kondiviża li għandhom jiġu ttrasferiti lill-Fond, maqsuma fit-tliet oqsma ta’ intervent: miżuri u investimenti għas-settur tal-bini, għas-settur tat-trasport bit-triq, u miżuri għal appoġġ dirett għall-introjtu, abbażi tal-mudell ta’ hawn taħt:



Qasam ta’ intervent

Kostijiet totali (assoluti u % tal-finanzjament totali) skont is-sors ta’ finanzjament

Ħarsa ġenerali lejn il-miżuri u l-investimenti ewlenin ippjanati

Objettivi tal-miżuri u l-investimenti

Impatt tal-miżuri u l-investimenti

Tnaqqis fl-unitajiet domestiċi vulnerabbli u l-utenti tat-trasport vulnerabbli (unità: unitajiet domestiċi)

Tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2

Settur tal-bini

 

 

 

 

 

Settur tat-trasport bit-triq

 

 

 

 

 

Appoġġ dirett għall-introjtu temporanju

 

 

 

 

 

Assistenza teknika (Artikolu 8(3))

 

 

 

 

 

Kontribuzzjoni għall-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku (Artikolu 11(3))

 

 

 

 

 

Kontribuzzjoni għall-kompartiment tal-Istati Membri f’InvestEU (Artikolu 11(3))

 

 

 

 

 

1.2.   Ħarsa ġenerali lejn is-sitwazzjoni attwali tal-politika

Informazzjoni dwar il-politiki nazzjonali attwali dwar l-enerġija u l-klima, kif qed jiġu applikati fil-kuntest nazzjonali, b’enfasi partikolari fuq is-setturi tal-bini u tat-trasport u fir-rigward tal-gruppi l-aktar vulnerabbli.

1.3.   Proċess ta’ konsultazzjoni

Taqsira tal-proċess ta’ konsultazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-sħab soċjali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, kif implimentat f’konformità mal-qafas legali nazzjonali, għat-tħejjija u, fejn disponibbli, għall-implimentazzjoni tal-Pjan, li jkopri l-ambitu, it-tip, u ż-żmien tal-attivitajiet ta’ konsultazzjonijiet, kif ukoll kif il-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati huma riflessi fil-Pjan.

2.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI U L-INVESTIMENTI, L-OBJETTIVI INTERMEDJI U L-MIRI

Informazzjoni għal kull komponent għat-tliet oqsma tal-Pjan separatament:

— 
settur tal-bini;
— 
settur tat-trasport bit-triq;
— 
appoġġ dirett għall-introjtu temporanju.

Komponent jista’ jinkludi diversi subkomponenti li jiffukaw fuq sfida jew ħtieġa speċifika. Kull komponent jew subkomponent jista’ jinkludi miżura jew investiment wieħed jew diversi marbutin mill-qrib jew dipendenti b’mod reċiproku.

2.1.   KOMPONENT [1][2]: [settur tal-bini] [settur tat-trasport]

Informazzjoni dwar il-komponent:

(i)   Deskrizzjoni tal-komponent

Kaxxa ta’ taqsira:

Kaxxa ta’ taqsira għall-Komponent [1][2] [settur tal-bini] [settur tat-trasport]

Qasam ta’ intervent: [settur tal-bini] [settur tat-trasport]

Objettiv:

Miżuri u investimenti:

Kostijiet totali stmati: EUR xx, li minnhom

Kostijiet mitluba biex jiġu koperti taħt il-Fond: EUR xx

Kostijiet li għandhom jiġu koperti mill-kontribuzzjoni nazzjonali: EUR xx

(ii)   Deskrizzjoni tal-miżuri u l-investimenti tal-komponent

Deskrizzjoni dettaljata tal-komponent u l-miżuri u l-investimenti speċifiċi tiegħu, kif ukoll l-interkonnessjonijiet u s-sinerġiji tagħhom, li tkopri dan li ġej:

— 
Analiżi ċara u bbażata fuq l-evidenza tal-isfidi eżistenti u kif dawn jiġu indirizzati mill-miżuri u l-investimenti;
— 
In-natura, it-tip u d-daqs tal-miżura jew l-investiment, li jistgħu jinkludu miżuri ta’ appoġġ tekniku addizzjonali f’konformità mal-Artikolu 11(4), filwaqt li jiġi indikat jekk hijiex miżura jew investiment ġdid jew eżistenti maħsuba li jiġu estiżi bl-appoġġ mill-Fond;
— 
Informazzjoni dettaljata dwar l-objettiv tal-miżura jew l-investiment u dwar min u xiex huwa fil-mira tagħhom; spjegazzjoni ta’ kif il-miżura u l-investiment jikkontribwixxu b’mod effettiv għall-kisba tal-objettivi tal-Fond fil-qafas ġenerali tal-politiki rilevanti ta’ Stat Membru, u kif dawn ser inaqqsu d-dipendenza fuq il-fjuwils fossili;
— 
Deskrizzjoni ta’ kif jiġu implimentati l-miżura jew l-investiment (mezzi ta’ implimentazzjoni), b’referenza għall-kapaċità amministrattiva tal-Istat Membru fil-livell ċentrali u, fejn rilevanti, dak reġjonali u lokali, bi spjegazzjoni dwar kif ir-riżorsi ser jiġu assorbiti fil-ħin u kif jiġu diretti lejn il-livelli subnazzjonali, jekk applikabbli;
— 
Spjegazzjoni ta’ kif il-miżura jew l-investiment ser ikollhom l-għan li jindirizzaw l-inugwaljanza bejn il-ġeneri, jekk applikabbli;
— 
L-iskeda ta’ żmien tal-miżura jew tal-investiment; għall-appoġġ li jikkonċerna vetturi b’emissjonijiet baxxi, skeda ta’ żmien għat-tnaqqis gradwali ta’ dak -appoġġ.

(iii)   La tagħmilx ħsara sinifikanti

Informazzjoni dwar kif il-miżuri u l-investimenti inklużi fil-komponent jikkonformaw mal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” skont it-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852. Il-Kummissjoni ser tipprovdi gwida teknika, skont l-Artikolu 6(5) ta’ dan ir-Regolament.

(iv)   Objettivi intermedji, miri u skeda ta’ żmien

Informazzjoni dwar kull objettiv intermedju u mira li ser jirriflettu l-progress fl-implimentazzjoni tal-miżuri u l-investimenti ta’ dan il-komponent, kif ġej:

— 
għaliex intgħażlu l-objettiv intermedju jew il-mira speċifiċi;
— 
x’qed ikejlu l-objettiv intermedju jew il-mira;
— 
kif ser jitkejjel, liema metodoloġija u sors ser jintużaw, u kif ser tiġi vverifikata b’mod oġġettiv il-kisba xierqa tal-objettiv intermedju jew il-mira;
— 
x’inhi l-linja bażi (il-punt tat-tluq) u x’inhu l-livell jew il-punt speċifiku li għandu jintlaħaq;
— 
sa meta ser jintlaħaq (kull tliet xhur u kull sena);
— 
min u liema istituzzjoni ser ikunu inkarigati mill-implimentazzjoni, il-kejl u r-rappurtar.

Tabella li fiha l-objettivi intermedji, il-miri u l-iskeda ta’ żmien għall-komponenti bl-informazzjoni li ġejja:



Numru ta’ sekwenza

Isem tal-miżura/investiment

Objettiv intermedju jew Mira

Isem tal-objettiv intermedju/mira

Indikaturi kwalitattivi

(objettivi intermedji)

Indikaturi kwantitattivi (miri)

Skeda ta’ żmien għall-kisba

Deskrizzjoni ta’ kull objettiv intermedju u mira

Unità ta’ kejl/investiment

Linja bażi

Għan

Trimestru

Sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(v)   Finanzjament u kostijiet

Informazzjoni u spjegazzjoni dwar il-kost totali stmat tal-komponent u għal kull miżura u investiment, sostnut b’ġustifikazzjoni xierqa, inkluż:

— 
Il-metodoloġija użata, is-suppożizzjonijiet sottostanti li saru (eż. dwar il-kostijiet unitarji, il-kostijiet tal-inputs) u l-ġustifikazzjoni għal dawn is-suppożizzjonijiet;
— 
L-iskeda ta’ żmien komprensiva indikattiva li fiha dawn il-kostijiet mistennija li jiġġarrbu;
— 
Informazzjoni dwar il-kontribuzzjoni nazzjonali għall-kostijiet totali tal-miżuri u l-investimenti;
— 
Kwalunkwe informazzjoni dwar liema finanzjament minn strumenti oħra tal-Unjoni huwa jew jista’ jiġi previst relatat mal-istess komponent;
— 
Kwalunkwe informazzjoni dwar il-finanzjament previst minn sorsi privati u liema livell ta’ ingranaġġ huwa mmirat, jekk rilevanti;
— 
Ġustifikazzjoni dwar il-plawżibbiltà u r-raġonevolezza tal-kostijiet stmati, fejn meħtieġ, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet nazzjonali.

(vi)   Ġustifikazzjoni għall-entitajiet benefiċjarji għajr unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli (jekk applikabbli)

Jekk l-appoġġ mill-Fond jiġi pprovdut permezz ta’ entitajiet pubbliċi jew privati għajr unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi vulnerabbli, jew utenti tat-trasport vulnerabbli, spjegazzjoni ta’ liema miżuri jew investimenti dawk l-entitajiet ser iwettqu u kif dawk il-miżuri u l-investimenti fl-aħħar mill-aħħar ser ikunu għall-benefiċċju ta’ unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli;

Jekk l-appoġġ mill-Fond jiġi pprovdut permezz ta’ intermedjarji finanzjarji, deskrizzjoni tal-miżuri li l-Istat Membru jkun beħsiebu jadotta biex jiżgura li l-intermedjarji finanzjarji jgħaddu l-benefiċċju kollu lir-riċevituri finali.

(vii)   Kostijiet totali stmati tal-komponent

Imla t-tabella dwar il-kost stmat tal-miżuri u l-investimenti inklużi fil-komponent, f’konformità mal-mudell pprovdut hawn taħt:



Numru ta’ Sekwenza

Miżura relatata (miżura jew investiment)

Perjodu taż-żmien rilevanti

Kostijiet stmati li għalihom qed jintalab finanzjament mill-Fond

Total mitlub

Jekk disponibbli: aqsam skont is-sena

Mid-data

Sad-data

Ammont (mn EUR)

2026

2027

2028

2029

2030

2031

2032

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(viii)   Xenarju fil-każ ta’ bidu aktar tard tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet

Deskrizzjoni u kwantifikazzjoni tal-aġġustamenti meħtieġa għall-miżuri, l-investimenti, l-objettivi intermedji, il-miri, l-ammont tal-kontribuzzjoni nazzjonali u kwalunkwe element rilevanti ieħor tal-Pjan li jirriżulta mill-posponiment tal-bidu tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet stabbilita skont il-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE f’konformità mal-Artikolu 30k ta’ dik id-Direttiva.

Verżjoni separata tal-kaxxa ta’ taqsira, it-tabella dwar l-objettivi intermedji, il-miri u l-iskeda ta’ żmien u t-tabella dwar il-kostijiet stmati.

2.2.   KOMPONENT [3]: appoġġ dirett għall-introjtu

Informazzjoni dwar il-Komponent għall-appoġġ dirett għall-introjtu:

(i)   Deskrizzjoni tal-komponent

Kaxxa ta’ taqsira:

Kaxxa ta’ taqsira għall-Komponent 3 - appoġġ dirett għall-introjtu

Qasam ta’ intervent: appoġġ dirett għall-introjtu

Objettiv:

Miżuri:

Kostijiet totali stmati: EUR xx, li minnhom

Kostijiet mitluba biex jiġu koperti taħt il-Fond: EUR xx

Kostijiet li għandhom jiġu koperti mill-kontribuzzjoni nazzjonali: EUR xx

(ii)   Deskrizzjoni tal-miżuri tal-komponent

Deskrizzjoni dettaljata tal-komponent u l-miżuri speċifiċi tiegħu, kif ukoll l-interkonnessjonijiet u s-sinerġiji tagħhom, inkluż:

— 
Analiżi ċara u bbażata fuq l-evidenza tal-isfidi eżistenti u kif dawn jiġu indirizzati mill-miżuri u l-objettivi tal-appoġġ;
— 
In-natura, it-tip u d-daqs tal-appoġġ;
— 
Informazzjoni dettaljata dwar ir-riċevituri finali tal-appoġġ u l-kriterji użati għall-identifikazzjoni tagħhom;
— 
L-iskeda ta’ żmien għat-tnaqqis fl-appoġġ dirett għall-introjtu f’konformità mal-iskeda ta’ żmien tal-Fond, inkluż data ta’ tmiem konkreta għall-appoġġ;
— 
Spjegazzjoni ta’ kif l-appoġġ ser ikollu l-għan li jindirizza l-inugwaljanza bejn il-ġeneri, jekk applikabbli;
— 
Deskrizzjoni ta’ kif jiġi implimentat l-appoġġ;
— 
Informazzjoni dwar il-kontribuzzjoni nazzjonali għall-kostijiet tal-miżuri.

(iii)   Objettivi intermedji u miri għal miżuri ta’ appoġġ dirett għall-introjtu

Informazzjoni dwar kull objettiv intermedju u mira li ser jirriflettu l-progress fl-implimentazzjoni ta’ dan il-komponent, kif ġej:

— 
għaliex intgħażlu l-objettiv intermedju jew il-mira speċifiċi;
— 
x’qed ikejlu l-objettiv intermedju jew il-mira;
— 
kif ser jitkejjel, liema metodoloġija u sors ser jintużaw, u kif ser tiġi vverifikata b’mod oġġettiv il-kisba xierqa tal-objettiv intermedju jew il-mira;
— 
x’inhi l-linja bażi (il-punt tat-tluq) u x’inhu l-livell jew il-punt speċifiku li għandu jintlaħaq;
— 
sa meta ser jintlaħaq;
— 
min u liema istituzzjoni ser ikunu inkarigati mill-implimentazzjoni, il-kejl u r-rappurtar.

Tabella li fiha l-objettivi intermedji, il-miri u l-iskeda ta’ żmien għall-miżuri ta’ appoġġ dirett għall-introjtu temporanju, il-mudell qed jiġi pprovdut hawn taħt:



Numru ta’ sekwenza

Miżura

Objettiv intermedju jew Mira

Isem tal-objettiv intermedju/mira

Indikaturi kwalitattivi

(objettivi intermedji)

Indikaturi kwantitattivi (miri)

Skeda ta’ żmien għall-kisba

Deskrizzjoni ta’ kull objettiv intermedju u mira

Unità ta’ kejl

Linja bażi

Għan

Trimestru

Sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(iv)   Ġustifikazzjoni għall-miżuri

Ġustifikazzjoni għall-ħtieġa ta’ appoġġ dirett għall-introjtu temporanju abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 6(1) u 8(2):

— 
Stima kwantitattiva u spjegazzjoni kwalitattiva ta’ kif il-miżuri fil-Pjan huma mistennija li jnaqqsu l-faqar enerġetiku u l-faqar tat-trasport u l-vulnerabbiltà tal-unitajiet domestiċi u tal-utenti tat-trasport għal żieda fil-prezzijiet tat-trasport bit-triq u tal-fjuwil għat-tisħin;
— 
Ġustifikazzjoni dwar l-iskeda ta’ żmien proposta tal-appoġġ dirett għall-introjtu temporanju li jkun qed jonqos u l-kondizzjonijiet meta dan ma jibqax japplika;
— 
Deskrizzjoni ta’ kif il-gruppi ta’ riċevituri ta’ appoġġ dirett għall-introjtu temporanju huma fil-mira wkoll ta’ miżuri u investimenti strutturali biex jitneħħew b’mod effettiv mill-faqar enerġetiku u mill-faqar tat-trasport, u deskrizzjoni tal-komplementarjetà tal-appoġġ dirett għall-introjtu temporanju ma’ miżuri u investimenti strutturali biex jiġu appoġġati unitajiet domestiċi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli.

(v)   Kostijiet tal-miżuri

Informazzjoni dwar il-kostijiet totali stmati tal-komponent, sostnut b’ġustifikazzjoni xierqa, inkluż:

— 
Il-metodoloġija użata, is-suppożizzjonijiet sottostanti li saru u l-ġustifikazzjoni għal dawn is-suppożizzjonijiet;
— 
Id-data komparattiva tal-kostijiet dwar il-kost reali, jekk ikunu twettqu miżuri ta’ appoġġ simili fil-passat;
— 
Kwalunkwe informazzjoni dwar liema finanzjament minn strumenti oħra tal-Unjoni huwa jew jista’ jiġi previst relatat mal-istess appoġġ;
— 
Ġustifikazzjoni dettaljata xierqa dwar il-plawżibbiltà u r-raġonevolezza tal-kostijiet stmati, inkluż kwalunkwe data jew evidenza użata annessa mal-Pjan.

(vi)   Ġustifikazzjoni għall-entitajiet benefiċjarji għajr unitajiet domestiċi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli (jekk applikabbli)

Jekk l-appoġġ mill-Fond jiġi pprovdut permezz ta’ entitajiet pubbliċi jew privati għajr unitajiet domestiċi vulnerabbli jew utenti tat-trasport vulnerabbli, spjegazzjoni ta’ x’tip ta’ miżuri ser iwettqu dawk l-entitajiet u kif dawk il-miżuri fl-aħħar mill-aħħar ser ikunu għall-benefiċċju ta’ unitajiet domestiċi vulnerabbli jew utenti tat-trasport vulnerabbli.

Jekk l-appoġġ mill-Fond jiġi pprovdut permezz ta’ intermedjarji finanzjarji, deskrizzjoni tal-miżuri li l-Istat Membru jkun beħsiebu jadotta biex jiżgura li l-intermedjarji finanzjarji jgħaddu l-benefiċċju kollu lir-riċevituri finali.

(vii)   Il-kost stmat tal-Pjan għall-komponent tal-appoġġ dirett għall-introjtu temporanju.

Imla t-tabella dwar il-kost stmat tal-appoġġ inkluż fil-komponent, il-mudell huwa pprovdut hawn taħt:



Numru ta’ sekwenza

Tip ta’ appoġġ

Perjodu taż-żmien rilevanti

Kostijiet stmati li għalihom qed jintalab finanzjament mill-Fond

Total mitlub

Jekk disponibbli: aqsam skont is-sena

Mid-data

Sad-data

Ammont (mn EUR)

2026

2027

2028

2029

2030

2031

2032

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(viii)   Xenarju fil-każ ta’ bidu aktar tard tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet

Deskrizzjoni u kwantifikazzjoni tal-aġġustamenti meħtieġa għall-miżuri, l-investimenti, l-objettivi intermedji, il-miri, l-ammont tal-kontribuzzjoni nazzjonali u kwalunkwe element rilevanti ieħor tal-Pjan li jirriżulta mill-posponiment tal-bidu tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet stabbilita skont il-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE f’konformità mal-Artikolu 30k ta’ dik id-Direttiva.

Verżjoni separata tal-kaxxa ta’ taqsira, it-tabella dwar l-objettivi intermedji, il-miri u l-iskeda ta’ żmien u t-tabella dwar il-kostijiet stmati.

2.3.   Assistenza teknika

Deskrizzjoni tal-azzjonijiet ta’ assistenza teknika li ser jiġu inklużi għall-amministrazzjoni u l-implimentazzjoni effettivi tal-miżuri u l-investimenti stipulati fil-Pjan, f’konformità mal-Artikolu 8(3), inkluż:

— 
in-natura, it-tip u d-daqs tal-azzjonijiet ta’ assistenza teknika;
— 
il-kost stmat tal-azzjonijiet ta’ assistenza teknika.

2.4.   Trasferimenti għal programmi ta’ ġestjoni kondiviża

Jekk ir-riżorsi jkunu maħsuba biex jiġu ttrasferiti mill-Fond għal fondi taħt ġestjoni kondiviża skont l-Artikolu 11(2), indikazzjoni ta’ lejn liema programmi ser jiġu ttrasferiti dawn ir-riżorsi u taħt liema skeda ta’ żmien, u indikazzjoni ta’ kif il-miżuri u l-investimenti li għandhom jiġu implimentati taħt dawk il-programmi jikkonformaw mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 3, inkluż jekk jaqgħux taħt il-miżuri u l-investimenti stipulati fl-Artikolu 8.

2.5.   Kostijiet totali stmati tal-Pjan

Il-kostijiet totali stmati tal-Pjan, inkluż kwalunkwe ammont li jsir disponibbli għal appoġġ tekniku addizzjonali skont l-Artikolu 11(4) ta’ dan ir-Regolament, l-ammont tal-kontribuzzjoni fi flus għall-fini tal-kompartiment tal-Istat Membru skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2021/523 u kwalunkwe ammont disponibbli għal assistenza teknika addizzjonali skont l-Artikolu 8(3) ta’ dan ir-Regolament.

Indikazzjoni tal-kontribuzzjoni nazzjonali għall-kostijiet totali tal-pjan tiegħu inkluż indikazzjoni ta’ kwalunkwe riżorsa maħsuba biex tiġi ttrasferita lill-Fond mill-programmi ta’ ġestjoni kondiviża skont l-Artikolu 11(1) ta’ dan ir-Regolament u kwalunkwe riżorsa maħsuba biex tiġi ttrasferita mill-Fond għal programmi ta’ ġestjoni kondiviża skont l-Artikolu 11(2) ta’ dan ir-Regolament.

Deskrizzjoni ta’ kif il-kostijiet huma konformi mal-prinċipju tal-kosteffiċjenza u proporzjonati mal-impatt mistenni tal-Pjan.

Imla t-tabella li tiġbor fil-qosor il-kost tal-Fond skont is-sors tal-finanzjament, il-mudell huwa pprovdut hawn taħt:



Kostijiet totali tal-Pjan Soċjali għall-Klima

Każ bażi

Fil-każ tal-Artikolu 30k tad-Direttiva 2003/87/KE

KOSTIJIET TOTALI STMATI TAL-PJAN,

li minnhom

EUR XXX

EUR XXX

Koperti mill-Fond

EUR XXX

EUR XXX

Kontribuzzjoni nazzjonali

EUR XXX

EUR XXX

Trasferimenti minn programmi ta’ ġestjoni kondiviża

EUR XXX

EUR XXX

(Trasferimenti għal programmi ta’ ġestjoni kondiviża)

-EUR XXX

-EUR XXX

3.   ANALIŻI U IMPATT ĠENERALI

3.1.   Definizzjonijiet

Spjegazzjoni ta’ kif id-definizzjonijiet tal-faqar enerġetiku u l-faqar tat-trasport għandhom jiġu applikati fil-livell nazzjonali.

3.2.   Impatt proġettat fuq gruppi vulnerabbli

Stima tal-effetti probabbli taż-żieda fil-prezzijiet li jirriżultaw mis-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet stabbilita skont il-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE fuq unitajiet domestiċi, u b’mod partikolari dwar l-inċidenza tal-faqar enerġetiku u l-faqar tat-trasport, u fuq il-mikrointrapriża, li tinkludi b’mod partikolari, stima tal-għadd ta’, u l-identifikazzjoni ta’, unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli. Dawn l-effetti għandhom jiġu analizzati fil-livell territorjali xieraq kif stabbilit minn kull Stat Membru, filwaqt li jitqiesu speċifiċitajiet u elementi nazzjonali bħall-aċċess għat-trasport pubbliku u għal servizzi bażiċi u jiġu identifikati ż-żoni l-aktar affettwati.

Deskrizzjoni tal-metodoloġija użata fl-istimi, filwaqt li jiġi żgurat li l-istimi jiġu kkalkulati b’livell suffiċjenti ta’ diżaggregazzjoni reġjonali.

3.3.   Impatt proġettat tal-miżuri u l-investimenti ppjanati

Stima tal-impatti proġettati tal-miżuri u l-investimenti ppjanati fit-Taqsima 2 dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, il-faqar enerġetiku u l-faqar tat-trasport, meta mqabbla mal-linja bażi deskritta hawn fuq.

Deskrizzjoni tal-metodoloġija użata fl-istimi.

Tabelli kwalitattivi u kwantitattivi dwar l-impatt tal-Pjan, il-mudell huwa pprovdut hawn taħt:



Komponent

Deskrizzjoni tal-impatti mistennija tal-komponent fuq:

(inkluż l-indikaturi kwantitattivi rilevanti)

Effiċjenza enerġetika

Rinnovazzjoni tal-bini

Mobbiltà u t-trasport b’emissjonijiet żero u baxxi

Tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra

Tnaqqis fl-għadd ta’ unitajiet domestiċi vulnerabbli u l-utenti tat-trasport vulnerabbli (unità: unitajiet domestiċi)

Pjan ġenerali

 

 

 

 

 

Settur tal-bini

 

 

 

 

 

Settur tat-trasport bit-triq

 

 

 

 

 



Komponent

Kwantifikazzjoni tal-impatt (jekk disponibbli)

jiġifieri d-differenza % minn linja bażi newtrali għall-politika

Terminu qasir (tliet snin bil-quddiem)

Terminu medju (tmiem il-pjan)

Emissjonijiet ta’ gassijiet serra

Unitajiet domestiċi f’faqar enerġetiku

Unitajiet domestiċi f’faqar tat-trasport

Emissjonijiet ta’ gassijiet serra

Unitajiet domestiċi f’faqar enerġetiku

Unitajiet domestiċi f’faqar tat-trasport

Pjan ġenerali

 

 

 

 

 

 

Settur tal-bini

 

 

 

 

 

 

Settur tat-trasport bit-triq

 

 

 

 

 

 

Tabella kwalitattiva u kwantitattiva dwar l-impatt mistenni tal-miżuri ta’ appoġġ dirett għall-introjtu temporanju fuq it-tnaqqis tal-għadd ta’ unitajiet domestiċi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli kif ukoll unitajiet domestiċi f’sitwazzjoni ta’ faqar enerġetiku u ta’ faqar tat-trasport, il-mudell huwa pprovdut hawn taħt:



Komponent: appoġġ dirett għall-introjtu

Tnaqqis fl-għadd ta’ unitajiet domestiċi vulnerabbli u l-utenti tat-trasport vulnerabbli

Deskrizzjoni tal-impatti mistennija

Stima tal-impatti mistennija; unità: unitajiet domestiċi

Tnaqqis fl-għadd ta’ unitajiet domestiċi f’sitwazzjoni ta’ faqar enerġetiku u faqar tat-trasport

Deskrizzjoni tal-impatti mistennija

Stima tal-impatti mistennija; unità: unitajiet domestiċi

4.   KOMPLEMENTARJETÀ, ADDIZZJONALITÀ U IMPLIMENTAZZJONI TAL-PJAN

Din il-parti tikkonċerna l-Pjan kollu. Id-diversi kriterji msemmija hawn taħt jeħtieġ li jiġu ġġustifikati għall-Pjan kollu kemm hu.

4.1.   Monitoraġġ u implimentazzjoni tal-Pjan

Spjegazzjoni dwar kif l-Istat Membru biħsiebu jimplimenta l-miżuri u l-investimenti proposti, b’enfasi fuq l-arranġamenti u l-iskeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni inkluż, fejn rilevanti, il-miżuri meħtieġa għall-konformità mal-Artikolu 21.

4.2.   Konsistenza ma’ inizjattivi oħra

Spjegazzjoni dwar kif il-Pjan huwa konsistenti mal-informazzjoni inkluża u l-impenji meħuda mill-Istat Membru skont pjanijiet u fondi rilevanti oħra, u l-interazzjoni bejn il-pjanijiet differenti fil-futur, kif stipulat fl-Artikolu 6(3) u l-Artikolu 16(3), il-punt (b) (iii).

4.3.   Komplementarjetà tal-finanzjament

Informazzjoni dwar il-finanzjament eżistenti jew ippjanat ta’ miżuri u investimenti minn sorsi oħra tal-Unjoni, internazzjonali, pubbliċi, jew, fejn rilevanti, privati, li jikkontribwixxu għall-miżuri u investimenti li jinsabu fil-Pjan, inkluż dwar appoġġ dirett għall-introjtu temporanju, skont l-Artikolu 6(1), il-punt (c).

4.4.   Addizzjonalità

Spjegazzjoni u ġustifikazzjoni ta’ kif il-miżuri jew l-investimenti ġodda jew eżistenti huma addizzjonali u ma jissostitwixxux in-nefqa baġitarja nazzjonali rikorrenti, skont l-Artikolu 13(2), inkluż tali spjegazzjoni u ġustifikazzjoni fir-rigward tal-miżuri u l-investimenti inklużi fil-Pjan f’konformità mal-Artikolu 4(5).

4.5.   Speċifiċitajiet ġeografiċi

Spjegazzjoni ta’ kif l-ispeċifiċitajiet ġeografiċi, bħall-gżejjer, ir-reġjuni u t-territorji ultraperiferiċi, iż-żoni rurali jew remoti, il-periferiji inqas aċċessibbli, żoni muntanjużi jew żoni li għadhom lura, ġew ikkunsidrati mill-Pjan.

4.6.   Prevenzjoni tal-korruzzjoni, il-frodi u l-kunflitt ta’ interessi

Sistema għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni tal-korruzzjoni, il-frodi u l-kunflitt ta’ interessi, meta jintużaw il-fondi pprovduti taħt il-Fond, u l-arranġamenti li għandhom l-għan li jevitaw finanzjament doppju mill-Fond u minn programmi oħra tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 21 u l-Anness III, inkluż fondi mogħtija permezz ta’ entitajiet pubbliċi jew privati għajr unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli f’konformità mal-Artikolu 9.

4.7.   Informazzjoni, komunikazzjoni u viżibilità

Il-konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 23 li jirreferu għal aċċess pubbliku għad-data, filwaqt li jiġi indikat is-sit web li fih ser tiġi ppubblikata d-data, kif ukoll il-miżuri ta’ informazzjoni, komunikazzjoni u viżibbiltà.

Deskrizzjoni tal-istrateġija nazzjonali ta’ komunikazzjoni maħsuba biex tiżgura s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar il-finanzjament mill-Unjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0955
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.