|
+Artikolu 3 Definizzjonijiet |
Artikolu 3 DefinizzjonijietArtikolu 3 Definizzjonijiet Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“oġġetti” tfisser oġġetti elenkati fl-Anness I;
(2)
“gassijiet serra” tfisser gassijiet serra kif speċifikat fl-Anness I fir-rigward ta’ kull wieħed mill-oġġetti elenkati f’dak l-Anness;
(3)
“emissjonijiet” tfisser ir-rilaxx ta’ gassijiet serra fl-atmosfera mill-produzzjoni tal-oġġetti;
(4)
“importazzjoni” tfisser ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa kif previst fl-Artikolu 201 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;
(5)
“EU ETS” tfisser is-sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni fir-rigward tal-attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE għajr attivitajiet tal-avjazzjoni;
(6)
“territorju doganali tal-Unjoni” tfisser it-territorju kif definit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;
(7)
“pajjiż terz” tfisser pajjiż jew territorju barra mit-territorju doganali tal-Unjoni;
(8)
“blata kontinentali” tfisser il-blata kontinentali kif definita fl-Artikolu 76 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar;
(9)
“żona ekonomika esklużiva” tfisser żona ekonomika esklużiva kif definita fl-Artikolu 55 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar u li ġiet iddikjarata bħala żona ekonomika esklużiva minn Stat Membru skont dik il-konvenzjoni;
(10)
“valur intrinsiku” tfisser il-valur intrinsiku għall-oġġetti kummerċjali kif definit fl-Artikolu 1, il-punt (48), tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446;
(11)
“akkoppjament tas-swieq” tfisser l-allokazzjoni tal-kapaċità tat-trażmissjoni permezz ta’ sistema tal-Unjoni li tqabbel l-ordnijiet b’mod simultanju u talloka kapaċitajiet transżonali kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2015/1222;
(12)
“allokazzjoni espliċita tal-kapaċità” tfisser l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ trażmissjoni transfruntiera li tkun separata mill-kummerċ tal-elettriku;
(13)
“awtorità kompetenti” tfisser l-awtorità, maħtura minn kull Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 11;
(14)
“awtoritajiet doganali” tfisser l-amministrazzjonijiet doganali tal-Istati Membri kif definiti fl-Artikolu 5, il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;
(15)
“importatur” tfisser il-persuna li tippreżenta dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa ta’ oġġetti jew polza ta’ rilaxx f’konformità mal-Artikolu 175(5) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 f’isimha stess u għan-nom tagħha stess jew, meta d-dikjarazzjoni doganali tiġi ppreżentata minn rappreżentant doganali indirett f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, il-persuna li għan-nom tagħha tiġi ppreżentata tali dikjarazzjoni;
(16)
“dikjarant doganali” tfisser dikjarant kif definit fl-Artikolu 5, il-punt (15), tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jippreżenta dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa ta’ oġġetti f’ismu stess jew il-persuna li f’isimha tiġi ppreżentata tali dikjarazzjoni;
(17)
“dikjarant awtorizzat CBAM” tfisser persuna awtorizzata minn awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 17;
(18)
“persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika jew kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li ma tkunx persuna ġuridika iżda li tkun rikonoxxuta skont il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali li jkollha l-kapaċità li twettaq atti legali;
(19)
“stabbilita fi Stat Membru” tfisser:
(a)
fil-każ ta’ persuna fiżika, kwalunkwe persuna li għandha r-residenza tagħha fi Stat Membru;
(b)
fil-każ ta’ persuna ġuridika jew assoċjazzjoni ta’ persuni, kwalunkwe persuna li jkollha uffiċċju reġistrat, sede ċentrali jew stabbiliment permanenti ta’ negozju tagħha fi Stat Membru;
(20)
“numru tar-Reġistrazzjoni u tal-Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi” (numru EORI) tfisser in-numru assenjat mill-awtorità doganali meta r-reġistrazzjoni għall-finijiet doganali tkun saret f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;
(21)
“emissjonijiet diretti” tfisser emissjonijiet mill-proċessi tal-produzzjoni ta’ oġġetti, inklużi l-emissjonijiet mill-produzzjoni ta’ tisħin u tkessiħ ikkunsmati matul il-proċessi ta’ produzzjoni, indipendentement mill-post tal-produzzjoni tat-tisħin jew tat-tkessiħ;
(22)
“emissjonijiet integrati” tfisser emissjonijiet diretti rilaxxati matul il-produzzjoni tal-oġġetti u emissjonijiet indiretti mill-produzzjoni tal-elettriku kkonsmat matul il-proċessi tal-produzzjoni, ikkalkolati skont il-metodi stabbiliti fl-Anness IV u speċifikati ulterjorment fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 7(7);
(23)
“tunnellata ta’ CO2e” tfisser tunnellata metrika ta’ CO2, jew ammont ta’ kwalunkwe gass serra elenkat fl-Anness I b’potenzjal ta’ tisħin globali ekwivalenti;
(24)
“ċertifikat CBAM” tfisser ċertifikat f’format elettroniku li jikkorrispondi għal tunnellata CO2e ta’ emissjonijiet integrati fl-oġġetti;
(25)
“ċediment” tfisser tpaċija taċ-ċertifikati CBAM meta mqabbla mal-emissjonijiet integrati ddikjarati f’oġġetti importati jew meta mqabbla mal-emissjonijiet integrati fl-oġġetti importati li kellhom jiġu ddikjarati;
(26)
“proċessi tal-produzzjoni” tfisser il-proċessi kimiċi u fiżiċi mwettqa biex jiġu prodotti oġġetti f’installazzjoni;
(27)
“valur prestabbilit” tfisser valur, li jiġi kkalkulat jew prelevat minn data sekondarja, li jirrappreżenta l-emissjonijiet integrati fl-oġġetti;
(28)
“emissjonijiet reali” tfisser l-emissjonijiet ikkalkulati fuq il-bażi ta’ data primarja mill-proċessi tal-produzzjoni tal-oġġetti u mill-produzzjoni tal-elettriku kkunsmat matul dawk il-proċessi kif iddeterminat f’konformità mal-metodi stabbiliti fl-Anness IV;
(29)
“prezz tal-karbonju” tfisser l-ammont monetarju mħallas f’pajjiż terz, fl-ambitu ta’ skema għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju, fil-forma ta’ taxxa, imposta jew dritt jew fil-forma ta’ kwoti ta’ emissjonijiet skont sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet serra, ikkalkulat fuq gassijiet serra koperti minn tali miżura, u rilaxxati matul il-produzzjoni tal-oġġetti;
(30)
“installazzjoni” tfisser unità teknika stazzjonarja fejn jitwettaq proċess tal-produzzjoni;
(31)
“operatur” tfisser kwalunkwe persuna li topera jew tikkontrolla installazzjoni f’pajjiż terz, inkluża kumpanija omm li tikkontrolla installazzjoni f’pajjiż terz;
(32)
“korp nazzjonali ta’ akkreditament” tfisser korp nazzjonali ta’ akkreditament kif maħtur minn kull Stat Membru skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;
(33)
“kwota tal-EU ETS” tfisser kwota kif iddefinita fl-Artikolu 3, il-punt (a), tad-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tal-attivitajiet elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva għajr attivitajiet tal-avjazzjoni;
(34)
“emissjonijiet indiretti” tfisser emissjonijiet mill-produzzjoni tal-elettriku li jiġu kkunsmati matul il-proċessi tal-produzzjoni tal-oġġetti, indipendentement mill-post tal-produzzjoni tal-elettriku kkunsmat. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|