+KAPITOLU I SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
---+Artikolu 1 Suġġett
------+Artikolu 1 1.
------+Artikolu 1 2.
------+Artikolu 1 3.
---+Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
------+Artikolu 2 1.
------+Artikolu 2 2.
------+Artikolu 2 3.
------+Artikolu 2 3a.
------+Artikolu 2 4.
------+Artikolu 2 5.
------+Artikolu 2 6.
------+Artikolu 2 7.
------+Artikolu 2 8.
------+Artikolu 2 9.
------+Artikolu 2 10.
------+Artikolu 2 11.
------+Artikolu 2 12.
---+Artikolu 2a Eżenzjoni de minimis
------+Artikolu 2a 1.
------+Artikolu 2a 2.
------+Artikolu 2a 3.
------+Artikolu 2a 4.
---+Artikolu 3 Definizzjonijiet

KAPITOLU I SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

KAPITOLU I SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 Suġġett
Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
Artikolu 2a Eżenzjoni de minimis
Artikolu 3 Definizzjonijiet

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“oġġetti” tfisser oġġetti elenkati fl-Anness I;

(2) 

“gassijiet serra” tfisser gassijiet serra kif speċifikat fl-Anness I fir-rigward ta’ kull wieħed mill-oġġetti elenkati f’dak l-Anness;

(3) 

“emissjonijiet” tfisser ir-rilaxx ta’ gassijiet serra fl-atmosfera mill-produzzjoni tal-oġġetti;

(4) 

“importazzjoni” tfisser ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa kif previst fl-Artikolu 201 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

(5) 

“EU ETS” tfisser is-sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni fir-rigward tal-attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE għajr attivitajiet tal-avjazzjoni;

(6) 

“territorju doganali tal-Unjoni” tfisser it-territorju kif definit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

(7) 

“pajjiż terz” tfisser pajjiż jew territorju barra mit-territorju doganali tal-Unjoni;

(8) 

“blata kontinentali” tfisser il-blata kontinentali kif definita fl-Artikolu 76 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar;

(9) 

“żona ekonomika esklużiva” tfisser żona ekonomika esklużiva kif definita fl-Artikolu 55 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar u li ġiet iddikjarata bħala żona ekonomika esklużiva minn Stat Membru skont dik il-konvenzjoni;

(10) 

“valur intrinsiku” tfisser il-valur intrinsiku għall-oġġetti kummerċjali kif definit fl-Artikolu 1, il-punt (48), tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446;

(11) 

“akkoppjament tas-swieq” tfisser l-allokazzjoni tal-kapaċità tat-trażmissjoni permezz ta’ sistema tal-Unjoni li tqabbel l-ordnijiet b’mod simultanju u talloka kapaċitajiet transżonali kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2015/1222;

(12) 

“allokazzjoni espliċita tal-kapaċità” tfisser l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ trażmissjoni transfruntiera li tkun separata mill-kummerċ tal-elettriku;

(13) 

“awtorità kompetenti” tfisser l-awtorità, maħtura minn kull Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 11;

(14) 

“awtoritajiet doganali” tfisser l-amministrazzjonijiet doganali tal-Istati Membri kif definiti fl-Artikolu 5, il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

▼M1

(15) 

“importatur” tfisser il-persuna li tippreżenta dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa ta’ oġġetti jew polza ta’ rilaxx f’konformità mal-Artikolu 175(5) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 f’isimha stess u għan-nom tagħha stess jew, meta d-dikjarazzjoni doganali tiġi ppreżentata minn rappreżentant doganali indirett f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, il-persuna li għan-nom tagħha tiġi ppreżentata tali dikjarazzjoni;

▼B

(16) 

“dikjarant doganali” tfisser dikjarant kif definit fl-Artikolu 5, il-punt (15), tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jippreżenta dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa ta’ oġġetti f’ismu stess jew il-persuna li f’isimha tiġi ppreżentata tali dikjarazzjoni;

(17) 

“dikjarant awtorizzat CBAM” tfisser persuna awtorizzata minn awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 17;

(18) 

“persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika jew kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li ma tkunx persuna ġuridika iżda li tkun rikonoxxuta skont il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali li jkollha l-kapaċità li twettaq atti legali;

(19) 

“stabbilita fi Stat Membru” tfisser:

(a) 

fil-każ ta’ persuna fiżika, kwalunkwe persuna li għandha r-residenza tagħha fi Stat Membru;

(b) 

fil-każ ta’ persuna ġuridika jew assoċjazzjoni ta’ persuni, kwalunkwe persuna li jkollha uffiċċju reġistrat, sede ċentrali jew stabbiliment permanenti ta’ negozju tagħha fi Stat Membru;

(20) 

“numru tar-Reġistrazzjoni u tal-Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi” (numru EORI) tfisser in-numru assenjat mill-awtorità doganali meta r-reġistrazzjoni għall-finijiet doganali tkun saret f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

(21) 

“emissjonijiet diretti” tfisser emissjonijiet mill-proċessi tal-produzzjoni ta’ oġġetti, inklużi l-emissjonijiet mill-produzzjoni ta’ tisħin u tkessiħ ikkunsmati matul il-proċessi ta’ produzzjoni, indipendentement mill-post tal-produzzjoni tat-tisħin jew tat-tkessiħ;

(22) 

“emissjonijiet integrati” tfisser emissjonijiet diretti rilaxxati matul il-produzzjoni tal-oġġetti u emissjonijiet indiretti mill-produzzjoni tal-elettriku kkonsmat matul il-proċessi tal-produzzjoni, ikkalkolati skont il-metodi stabbiliti fl-Anness IV u speċifikati ulterjorment fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 7(7);

(23) 

“tunnellata ta’ CO2e” tfisser tunnellata metrika ta’ CO2, jew ammont ta’ kwalunkwe gass serra elenkat fl-Anness I b’potenzjal ta’ tisħin globali ekwivalenti;

(24) 

“ċertifikat CBAM” tfisser ċertifikat f’format elettroniku li jikkorrispondi għal tunnellata CO2e ta’ emissjonijiet integrati fl-oġġetti;

(25) 

“ċediment” tfisser tpaċija taċ-ċertifikati CBAM meta mqabbla mal-emissjonijiet integrati ddikjarati f’oġġetti importati jew meta mqabbla mal-emissjonijiet integrati fl-oġġetti importati li kellhom jiġu ddikjarati;

(26) 

“proċessi tal-produzzjoni” tfisser il-proċessi kimiċi u fiżiċi mwettqa biex jiġu prodotti oġġetti f’installazzjoni;

(27) 

“valur prestabbilit” tfisser valur, li jiġi kkalkulat jew prelevat minn data sekondarja, li jirrappreżenta l-emissjonijiet integrati fl-oġġetti;

(28) 

“emissjonijiet reali” tfisser l-emissjonijiet ikkalkulati fuq il-bażi ta’ data primarja mill-proċessi tal-produzzjoni tal-oġġetti u mill-produzzjoni tal-elettriku kkunsmat matul dawk il-proċessi kif iddeterminat f’konformità mal-metodi stabbiliti fl-Anness IV;

(29) 

“prezz tal-karbonju” tfisser l-ammont monetarju mħallas f’pajjiż terz, fl-ambitu ta’ skema għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju, fil-forma ta’ taxxa, imposta jew dritt jew fil-forma ta’ kwoti ta’ emissjonijiet skont sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet serra, ikkalkulat fuq gassijiet serra koperti minn tali miżura, u rilaxxati matul il-produzzjoni tal-oġġetti;

(30) 

“installazzjoni” tfisser unità teknika stazzjonarja fejn jitwettaq proċess tal-produzzjoni;

▼M1

(31) 

“operatur” tfisser kwalunkwe persuna li topera jew tikkontrolla installazzjoni f’pajjiż terz, inkluża kumpanija omm li tikkontrolla installazzjoni f’pajjiż terz;

▼B

(32) 

“korp nazzjonali ta’ akkreditament” tfisser korp nazzjonali ta’ akkreditament kif maħtur minn kull Stat Membru skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;

(33) 

“kwota tal-EU ETS” tfisser kwota kif iddefinita fl-Artikolu 3, il-punt (a), tad-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tal-attivitajiet elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva għajr attivitajiet tal-avjazzjoni;

(34) 

“emissjonijiet indiretti” tfisser emissjonijiet mill-produzzjoni tal-elettriku li jiġu kkunsmati matul il-proċessi tal-produzzjoni tal-oġġetti, indipendentement mill-post tal-produzzjoni tal-elettriku kkunsmat.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0956
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.