|
+Artikolu 6 2. |
Artikolu 6 2.Id-dikjarazzjoni CBAM għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:
(a)
il-kwantità totali ta’ kull tip ta’ oġġetti importata matul is-sena kalendarja preċedenti, espressa f’megawatt-sigħat għall-elettriku u f’tunnellati għal oġġetti oħra, inklużi l-oġġetti importati taħt is-soll uniku bbażat fuq il-massa;
(b)
l-emissjonijiet integrati totali fl-oġġetti msemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, espressi f’tunnellati ta’ emissjonijiet ta’ CO2e għal kull megawatt-siegħa ta’ elettriku jew, għal oġġetti oħra, f’tunnellati ta’ emissjonijiet ta’ CO2e għal kull tunnellata ta’ kull tip ta’ oġġetti, ikkalkolati f’konformità mal-Artikolu 7 u meta l-emissjonijiet integrati jiġu ddeterminati abażi tal-emissjonijiet reali, ivverifikati f’konformità mal-Artikolu 8;
(c)
l-għadd totali ta’ ċertifikati CBAM li għandhom jiġu ċeduti, li jikkorrispondi għall-emissjonijiet integrati totali msemmija fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu wara t-tnaqqis li jkun dovut minħabba l-prezz tal-karbonju mħallas f’pajjiż terz f’konformità mal-Artikolu 9 u l-aġġustament meħtieġ biex jiġi rifless il-punt sa fejn il-kwoti tal-EU ETS jiġu allokati bla ħlas f’konformità mal-Artikolu 31;
(d)
fejn applikabbli, kopji tar-rapporti ta’ verifika, maħruġa minn verifikaturi akkreditati, skont l-Artikolu 8 u l-Anness VI. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|