+Artikolu 6 Dikjarazzjoni CBAM
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 4.
---+Artikolu 6 5.
---+Artikolu 6 6.
|
Artikolu 6 Dikjarazzjoni CBAM
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6 1.
|
Sat-30 ta’ Settembru ta’ kull sena, u għall-ewwel darba fl-2027 għas-sena 2026, kull dikjarant awtorizzat CBAM għandu juża r-reġistru CBAM imsemmi fl-Artikolu 14 biex jippreżenta dikjarazzjoni CBAM għas-sena kalendarja preċedenti.
|
|
Artikolu 6 2.
|
Id-dikjarazzjoni CBAM għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:
(a)
il-kwantità totali ta’ kull tip ta’ oġġetti importata matul is-sena kalendarja preċedenti, espressa f’megawatt-sigħat għall-elettriku u f’tunnellati għal oġġetti oħra, inklużi l-oġġetti importati taħt is-soll uniku bbażat fuq il-massa;
(b)
l-emissjonijiet integrati totali fl-oġġetti msemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, espressi f’tunnellati ta’ emissjonijiet ta’ CO2e għal kull megawatt-siegħa ta’ elettriku jew, għal oġġetti oħra, f’tunnellati ta’ emissjonijiet ta’ CO2e għal kull tunnellata ta’ kull tip ta’ oġġetti, ikkalkolati f’konformità mal-Artikolu 7 u meta l-emissjonijiet integrati jiġu ddeterminati abażi tal-emissjonijiet reali, ivverifikati f’konformità mal-Artikolu 8;
(c)
l-għadd totali ta’ ċertifikati CBAM li għandhom jiġu ċeduti, li jikkorrispondi għall-emissjonijiet integrati totali msemmija fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu wara t-tnaqqis li jkun dovut minħabba l-prezz tal-karbonju mħallas f’pajjiż terz f’konformità mal-Artikolu 9 u l-aġġustament meħtieġ biex jiġi rifless il-punt sa fejn il-kwoti tal-EU ETS jiġu allokati bla ħlas f’konformità mal-Artikolu 31;
(d)
fejn applikabbli, kopji tar-rapporti ta’ verifika, maħruġa minn verifikaturi akkreditati, skont l-Artikolu 8 u l-Anness VI.
|
|
Artikolu 6 3.
|
Meta jiġu importati prodotti pproċessati li jirriżultaw mill-proċedura tal-ipproċessar attiv kif imsemmi fl-Artikolu 256 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, id-dikjarant awtorizzat CBAM għandu jirrapporta fid-dikjarazzjoni CBAM l-emissjonijiet integrati fl-oġġetti li kienu tqiegħdu taħt il-proċedura tal-ipproċessar attiv u li rriżultaw fi prodotti pproċessati importati, anki meta l-prodotti ipproċessati ma jkunux elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Dan il-paragrafu għandu japplika wkoll meta l-prodotti pproċessati li jirriżultaw mill-proċedura ta’ proċessar attiv ikunu oġġetti ritornati kif imsemmi fl-Artikolu 205 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.
|
|
Artikolu 6 4.
|
Meta l-oġġetti importati elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament ikunu prodotti pproċessati li jirriżultaw mill-proċedura tal-ipproċessar passiv kif imsemmi fl-Artikolu 259 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, id-dikjarant awtorizzat CBAM għandu jirrapporta fid-dikjarazzjoni CBAM l-emissjonijiet tal-operazzjoni tal-ipproċessar li jsiru barra mit-territorju doganali tal-Unjoni biss.
|
|
Artikolu 6 5.
|
Meta l-oġġetti importati jkunu oġġetti ritornati kif imsemmi fl-Artikolu 203 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, id-dikjarant awtorizzat CBAM għandu jirrapporta b’mod separat, fid-dikjarazzjoni CBAM, “żero” għall-emissjonijiet integrati totali li jikkorrispondu għal dawk l-oġġetti.
|
|
Artikolu 6 6.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar il-format standard tad-dikjarazzjoni CBAM, inkluża informazzjoni dettaljata għal kull installazzjoni u pajjiż tal-oriġini jew pajjiż terz ieħor u tip ta’ oġġetti li jridu jiġu rrapportati li jiġġustifikaw it-totali msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari fir-rigward tal-emissjonijiet integrati, tal-prezz tal-karbonju mħallas, tal-prezz tal-karbonju prestabbilit għall-fini tal-Artikolu 9(4), tal-proċedura għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni CBAM permezz tar-reġistru CBAM, u tal-arranġamenti għaċ-ċediment taċ-ċertifikati CBAM imsemmija fil-paragrafu 2, il-punt (c), ta’ dan l-Artikolu, f’konformità mal-Artikolu 22(1), b’mod partikolari fir-rigward tal-proċess u tal-għażla mid-dikjarant awtorizzat CBAM taċ-ċertifikati li jridu jiġu ċeduti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 29(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0956
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|