+Artikolu 7 Kalkolu tal-emissjonijiet integrati
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 3.
---+Artikolu 7 4.
---+Artikolu 7 5.
---+Artikolu 7 6.
---+Artikolu 7 7.

Artikolu 7 Kalkolu tal-emissjonijiet integrati

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 1.
L-emissjonijiet integrati fl-oġġetti għandhom jiġu kkalkolati skont il-metodi stabbiliti fl-Anness IV. Għall-oġġetti elenkati fl-Anness II, l-emissjonijiet diretti biss għandhom jiġu kkalkolati u meqjusa.
Artikolu 7 2.

L-emissjonijiet integrati fl-oġġetti għajr l-elettriku għandhom jiġu ddeterminati:

(a) 

abbażi tal-emissjonijiet reali f’konformità mal-metodi stabbiliti fil-punti 2 u 3 tal-Anness IV, jew

(b) 

b’referenza għall-valuri prestabbiliti f’konformità mal-metodi stabbiliti fil-punt 4.1 tal-Anness IV.

Artikolu 7 3.
L-emissjonijiet integrati fl-elettriku importat għandhom jiġu ddeterminati b’referenza għall-valuri prestabbiliti f’konformità mal-metodu stabbilit fil-punt 4.2 tal-Anness IV, sakemm id-dikjarant awtorizzat CBAM juri li ġew issodisfati l-kriterji għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet integrati fuq il-bażi tal-emissjonijiet reali elenkati fil-punt 5 tal-Anness IV.
Artikolu 7 4.
L-emissjonijiet integrati indiretti għandhom jiġu kkalkolati f’konformità mal-metodu stabbilit fil-punt 4.3 tal-Anness IV u speċifikat ulterjorment fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu, sakemm id-dikjarant awtorizzat CBAM juri li ġew issodisfati l-kriterji għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet integrati fuq il-bażi tal-emissjonijiet reali elenkati fil-punt 6 tal-Anness IV.
Artikolu 7 5.
Id-dikjarant awtorizzat CBAM għandu jżomm rekords tal-informazzjoni meħtieġa għall-kalkolu tal-emissjonijiet integrati f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness V. Dawn ir-rekords għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu li l-verifikaturi akkreditati skont l-Artikolu 18, fejn applikabbli, jivverifikaw l-emissjonijiet integrati f’konformità mal-Artikolu 8 u mal-Anness VI u jippermettu li l-Kummissjoni u l-awtorità kompetenti jirrieżaminaw id-dikjarazzjoni CBAM f’konformità mal-Artikolu 19(2).
Artikolu 7 6.
Id-dikjarant awtorizzat CBAM għandu jżomm dawk ir-rekords tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 5, inkluż ir-rapport tal-verifikatur, sa tmiem ir-raba’ sena wara s-sena li fiha d-dikjarazzjoni CBAM tkun ġiet ippreżentata jew kellha tiġi ppreżentata.
Artikolu 7 7.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar:

▼M1

(a) 

l-applikazzjoni tal-elementi tal-metodi ta’ kalkolu stabbiliti fl-Anness IV, inkluż id-determinazzjoni tal-konfini tas-sistema tal-proċessi tal-produzzjoni, li għandhom ikunu allinjati ma’ dawk koperti mill-EU ETS, u tal-materjali rilevanti ta’ input (prekursuri), il-fatturi ta’ emissjoni, il-valuri speċifiċi għall-installazzjoni tal-emissjonijiet reali u l-valuri prestabbiliti u l-applikazzjoni rispettiva tagħhom għall-oġġetti individwali, kif ukoll jistabbilixxu metodi biex tiġi żgurata l-affidabbiltà tad-data li abbażi tagħha għandhom jiġu ddeterminati l-valuri prestabbiliti, inkluż il-livell ta’ dettall tad-data, u inkluża l-ispeċifikazzjoni ulterjuri tal-oġġetti li jridu jitqiesu bħala “oġġetti sempliċi” u “oġġetti kumplessi” għall-fini tal-punt 1 tal-Anness IV. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jispeċifikaw ukoll l-elementi ta’ evidenza li juru li ġew issodisfati l-kriterji meħtieġa biex jiġi ġġustifikat l-użu tal-emissjonijiet reali għall-elettriku importat u għall-elettriku kkunsmat fil-proċessi tal-produzzjoni tal-oġġetti għall-finijiet tal-paragrafi 2, 3 u 4 li huma elenkati fil-punti 5 u 6 tal-Anness IV; u

▼B

(b) 

l-applikazzjoni tal-elementi tal-metodi ta’ kalkolu skont il-paragrafu 4 f’konformità mal-punt 4.3 tal-Anness IV.

Meta jkun iġġustifikat b’mod oġġettiv, l-atti ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu għandhom jipprevedu li l-valuri prestabbiliti jistgħu jiġu adattati għal żoni, reġjuni jew pajjiżi partikolari biex jitqiesu fatturi oġġettivi speċifiċi li jaffettwaw l-emissjonijiet, bħas-sorsi tal-enerġija prevalenti jew il-proċessi industrijali. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jibnu fuq il-leġiżlazzjoni eżistenti għall-monitoraġġ u għall-verifika tal-emissjonijiet u d-data dwar l-attivitajiet għall-installazzjonijiet koperti bid-Direttiva 2003/87/KE, b’mod partikolari r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 ( 2 ), ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067 u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/331 ( 3 ). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 29(2) ta’ dan ir-Regolament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0956
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.