|
+Artikolu 8 3. |
Artikolu 8 3.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ verifika msemmija fl-Anness VI fir-rigward:
(a)
tal-possibbiltà li tingħata deroga, f’ċirkostanzi debitament ġustifikati u mingħajr ma tiġi kompromessa stima affidabbli tal-emissjonijiet integrati, mill-obbligu li l-verifikatur iżur l-installazzjoni fejn ġew prodotti l-oġġetti rilevanti;
(b)
id-definizzjoni tas-sollijiet għal deċiżjonijiet dwar jekk dikjarazzjonijiet skorretti jew nonkonformitajiet humiex materjali; u
(c)
tad-dokumenti ta’ sostenn meħtieġa għar-rapport ta’ verifika, inkluż il-format tiegħu. Meta tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tfittex l-ekwivalenza u l-koerenza mal-proċeduri stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 29(2) ta’ dan ir-Regolament. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|