+Artikolu 20 5a.

Artikolu 20 5a.

Il-kostijiet imġarrba b’rabta mal-istabbiliment, mal-operazzjoni u mal-ġestjoni tal-pjattaforma ċentrali komuni għandhom jiġu ffinanzjati minn tariffi pagabbli mid-dikjaranti awtorizzati CBAM.

Għat-tul tal-ewwel kuntratt ta’ akkwist pubbliku konġunt għall-istabbiliment, għall-operazzjoni u għall-ġestjoni tal-pjattaforma ċentrali komuni, dawk il-kostijiet għandhom inizjalment jitħallsu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni. Għal dak l-għan, id-dħul iġġenerat mit-tariffi għandu jikkostitwixxi dħul assenjat intern f’konformità mal-Artikolu 21(3), il-punt (a), tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ). Dak id-dħul għandu jiġi assenjat biex ikopri l-kostijiet tal-istabbiliment, tal-operazzjoni u tal-ġestjoni tal-pjattaforma ċentrali komuni. Kwalunkwe dħul li jifdal wara li jiġu koperti dawk il-kostijiet għandu jiġi assenjat lill-baġit tal-Unjoni.

Għat-tul tal-kuntratti ta’ akkwist konġunt sussegwenti għall-operazzjoni u għall-ġestjoni tal-pjattaforma ċentrali komuni, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat adottat f’konformità mal-Artikolu 28, li jissupplimenta dan ir-Regolament, sabiex jiġi determinat li t-tariffi pagabbli mid-dikjarant awtorizzat CBAM għandhom jiffinanzjaw direttament il-kostijiet tal-operazzjoni u tal-ġestjoni tal-pjattaforma ċentrali komuni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0956
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.