+Artikolu 20 Bejgħ taċ-ċertifikati CBAM
---+Artikolu 20 1.
---+Artikolu 20 2.
---+Artikolu 20 3.
---+Artikolu 20 4.
---+Artikolu 20 5.
---+Artikolu 20 5a.
---+Artikolu 20 6.
|
Artikolu 20 Bejgħ taċ-ċertifikati CBAM
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 20 1.
|
Mill-1 ta’ Frar 2027, Stat Membru għandu jbigħ iċ-ċertifikati CBAM fuq pjattaforma ċentrali komuni lid-dikjaranti awtorizzati CBAM stabbiliti f’dak l-Istat Membru.
|
|
Artikolu 20 2.
|
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u timmaniġġja l-pjattaforma ċentrali komuni b’segwitu ta’ proċedura ta’ akkwist konġunt bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri. Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni fil-pjattaforma ċentrali komuni.
|
|
Artikolu 20 3.
|
L-informazzjoni dwar il-bejgħ u x-xiri mill-ġdid taċ-ċertifikati CBAM fil-pjattaforma ċentrali komuni għandha tiġi ttrasferita lir-reġistru CBAM fi tmiem kull jum tax-xogħol.
|
|
Artikolu 20 4.
|
Iċ-ċertifikati CBAM għandhom jinbiegħu lid-dikjaranti awtorizzati CBAM bil-prezz ikkalkulat f’konformità mal-Artikolu 21.
|
|
Artikolu 20 5.
|
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li kull ċertifikat CBAM jiġi assenjat numru uniku ta’ identifikazzjoni meta jinħoloq. Il-Kummissjoni għandha tirreġistra n-numru uniku ta’ identifikazzjoni u l-prezz u d-data tal-bejgħ taċ-ċertifikat CBAM fir-reġistru CBAM fil-kont tad-dikjarant awtorizzat CBAM li jixtri dak iċ-ċertifikat.
|
|
Artikolu 20 5a.
|
Il-kostijiet imġarrba b’rabta mal-istabbiliment, mal-operazzjoni u mal-ġestjoni tal-pjattaforma ċentrali komuni għandhom jiġu ffinanzjati minn tariffi pagabbli mid-dikjaranti awtorizzati CBAM. Għat-tul tal-ewwel kuntratt ta’ akkwist pubbliku konġunt għall-istabbiliment, għall-operazzjoni u għall-ġestjoni tal-pjattaforma ċentrali komuni, dawk il-kostijiet għandhom inizjalment jitħallsu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni. Għal dak l-għan, id-dħul iġġenerat mit-tariffi għandu jikkostitwixxi dħul assenjat intern f’konformità mal-Artikolu 21(3), il-punt (a), tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
4
). Dak id-dħul għandu jiġi assenjat biex ikopri l-kostijiet tal-istabbiliment, tal-operazzjoni u tal-ġestjoni tal-pjattaforma ċentrali komuni. Kwalunkwe dħul li jifdal wara li jiġu koperti dawk il-kostijiet għandu jiġi assenjat lill-baġit tal-Unjoni. Għat-tul tal-kuntratti ta’ akkwist konġunt sussegwenti għall-operazzjoni u għall-ġestjoni tal-pjattaforma ċentrali komuni, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat adottat f’konformità mal-Artikolu 28, li jissupplimenta dan ir-Regolament, sabiex jiġi determinat li t-tariffi pagabbli mid-dikjarant awtorizzat CBAM għandhom jiffinanzjaw direttament il-kostijiet tal-operazzjoni u tal-ġestjoni tal-pjattaforma ċentrali komuni.
|
|
Artikolu 20 6.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 28 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jispeċifikaw aktar iż-żmien, l-amministrazzjoni, l-istruttura u l-livell tat-tariffi u aspetti oħra relatati mal-ġestjoni tal-bejgħ u tax-xiri mill-ġdid taċ-ċertifikati CBAM, kif ukoll l-organizzazzjoni u l-użu ta’ pjattaforma ċentrali komuni, filwaqt li tfittex koerenza mal-proċeduri stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2830 (
5
). L-atti delegati għandhom jiżguraw li l-organizzazzjoni u l-użu tal-pjattaforma ċentrali komuni jkunu effiċjenti f’termini ta’ kostijiet, li l-livell tat-tariffi jiġi stabbilit sabiex ikopri strettament il-kostijiet rilevanti u li jiġu evitati kostijiet amministrattivi żejda.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0956
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|