+Artikolu 21 Prezz taċ-ċertifikati CBAM
---+Artikolu 21 1.
---+Artikolu 21 1a.
---+Artikolu 21 2.
---+Artikolu 21 3.
|
Artikolu 21 Prezz taċ-ċertifikati CBAM
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 21 1.
|
Il-Kummissjoni għandha tikkalkula l-prezz taċ-ċertifikati CBAM bħala l-medja tal-prezzijiet tal-għeluq tal-kwoti tal-EU ETS fuq il-pjattaforma tal-irkant, f’konformità mal-proċeduri stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2023/2830, għal kull ġimgħa kalendarja. Għal dawk il-ġimgħat kalendarji li fihom ma jkun skedat l-ebda rkant fuq il-pjattaforma tal-irkant, il-prezz taċ-ċertifikati CBAM għandu jkun il-medja tal-prezzijiet tal-għeluq tal-kwoti tal-EU ETS tal-aħħar ġimgħa li fiha jkunu seħħew irkanti fuq il-pjattaforma tal-irkant.
|
|
Artikolu 21 1a.
|
B’deroga mill-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tikkalkula l-prezz taċ-ċertifikati CBAM li jikkorrispondi għall-emissjonijiet integrati ddikjarati fir-rigward tas-sena 2026 f’konformità mal-Artikolu 6(2), il-punt (b)„ bħala l-medja trimestrali tal-prezzijiet tal-għeluq tal-kwoti tal-EU ETS fuq il-pjattaforma tal-irkant, f’konformità mal-proċeduri stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2023/2830, tat-trimestru tal-importazzjoni tal-oġġetti li fihom dawk l-emissjonijiet huma integrati.
|
|
Artikolu 21 2.
|
Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-prezz medju, kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, fuq is-sit web tagħha jew bi kwalunkwe mod xieraq ieħor fl-ewwel jum tax-xogħol tal-ġimgħa kalendarja segwenti. Dak il-prezz għandu japplika mill-ewwel jum tax-xogħol wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu sal-ewwel jum tax-xogħol tal-ġimgħa kalendarja segwenti.
|
|
Artikolu 21 3.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-metodoloġija prevista fil-paragrafi 1 u 1a ta’ dan l-Artikolu għall-kalkolu tal-prezz taċ-ċertifikati CBAM u dwar l-arranġamenti prattiċi għall-pubblikazzjoni ta’ dak il-prezz. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 29(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0956
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|