+Artikolu 23 Xiri mill-ġdid taċ-ċertifikati CBAM
---+Artikolu 23 1.
---+Artikolu 23 2.
---+Artikolu 23 2a.
---+Artikolu 23 3.
|
Artikolu 23 Xiri mill-ġdid taċ-ċertifikati CBAM
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 23 1.
|
Fuq talba ta’ dikjarant awtorizzat CBAM, l-Istat Membru fejn ikun stabbilit dak id-dikjarant awtorizzat CBAM għandu jixtri mill-ġdid iċ-ċertifikati CBAM żejda li jifdal fil-kont tad-dikjarant fir-reġistru CBAM wara li ċ-ċertifikati jkunu ġew ċeduti f’konformità mal-Artikolu 22. Il-Kummissjoni għandha tixtri mill-ġdid iċ-ċertifikati CBAM żejda permezz tal-pjattaforma ċentrali komuni msemmija fl-Artikolu 20 f’isem l-Istat Membru fejn ikun stabbilit id-dikjarant awtorizzat CBAM. Id-dikjarant awtorizzat CBAM għandu jippreżenta t-talba għax-xiri mill-ġdid sal-31 ta’ Ottubru ta’ kull sena li matulha jkunu ġew ċeduti ċ-ċertifikati CBAM.
|
|
Artikolu 23 2.
|
L-għadd ta’ ċertifikati CBAM soġġetti għal xiri mill-ġdid kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun limitat għall-għadd totali ta’ ċertifikati CBAM li d-dikjarant awtorizzat CBAM kellu l-obbligu li jixtri skont l-Artikolu 22(2) matul is-sena kalendarja tax-xiri taċ-ċertifikati CBAM. Meta dikjarant awtorizzat CBAM li jkun qed jixtri ċ-ċertifikati CBAM f’sena kalendarja abbażi ta’ aspettattiva li jaqbeż is-soll uniku bbażat fuq il-massa ma jaqbiżx tali soll, dawk iċ-ċertifikati CBAM kollha għandhom jinxtraw mill-ġdid fuq talba tad-dikjarant awtorizzat CBAM skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 23 2a.
|
B’deroga mill-paragrafu 2, iċ-ċertifikati CBAM mixtrija fl-2027 fir-rigward tal-emissjonijiet integrati għas-sena 2026 jistgħu jinxtraw mill-ġdid biss fl-2027.
|
|
Artikolu 23 3.
|
Il-prezz tax-xiri mill-ġdid għal kull ċertifikat CBAM għandu jkun il-prezz imħallas mid-dikjarant awtorizzat CBAM għal dak iċ-ċertifikat fil-mument tax-xiri.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0956
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|