+Artikolu 25 Regoli applikabbli għall-importazzjoni ta’ oġġetti
---+Artikolu 25 1.
---+Artikolu 25 2.
---+Artikolu 25 3.
---+Artikolu 25 4.
---+Artikolu 25 5.
---+Artikolu 25 6.

Artikolu 25 Regoli applikabbli għall-importazzjoni ta’ oġġetti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 25 1.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2a, l-awtoritajiet doganali ma għandhomx jippermettu l-importazzjoni ta’ oġġetti minn kwalunkwe persuna għajr id-dikjarant awtorizzat CBAM.
Artikolu 25 2.
L-awtoritajiet doganali għandhom perjodikament u awtomatikament, b’mod partikolari permezz tal-mekkaniżmu ta’ sorveljanza stabbilit skont l-Artikolu 56(5) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, jikkomunikaw lill-Kummissjoni informazzjoni speċifika dwar l-oġġetti ddikjarati għall-importazzjoni. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi n-numru EORI jew il-forma ta’ identifikazzjoni ddikjarata f’konformità mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, tal-importatur jew tad-dikjarant awtorizzat CBAM kif ukoll in-numru tal-kont CBAM tad-dikjarant awtorizzat CBAM, il-kodiċi NM bi tmien ċifri tal-oġġetti, il-kwantità, il-pajjiż tal-oriġini, id-data tad-dikjarazzjoni doganali u l-proċedura doganali. Meta l-importatur ma jkollu l-ebda numru EORI, l-awtoritajiet doganali għandhom jikkomunikaw ukoll l-isem, l-indirizz u, fejn disponibbli, l-informazzjoni ta’ kuntatt tal-importatur lill-Kummissjoni.
Artikolu 25 3.
Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu perjodikament lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit id-dikjarant awtorizzat CBAM jew l-importatur u għandha, għal kull dikjarant CBAM, tivverifika dik l-informazzjoni mad-data fir-reġistru CBAM skont l-Artikolu 14.
Artikolu 25 4.
L-awtoritajiet doganali jistgħu jikkomunikaw, f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, informazzjoni kunfidenzjali miksuba mill-awtoritajiet doganali matul it-twettiq ta’ dmirijiethom, jew ipprovduta lill-awtoritajiet doganali fuq bażi kunfidenzjali, lill-Kummissjoni u lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jkun ta l-istatus tad-dikjarant awtorizzat CBAM jew lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn id-dikjarant awtorizzat CBAM jew l-importatur ikun stabbilit.
Artikolu 25 5.
Ir-Regolament (KE) Nru 515/97 għandu japplika mutatis mutandis għal dan ir-Regolament.
Artikolu 25 6.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiddefinixxu l-informazzjoni u l-perjodiċità, it-twaqqit u l-mezzi għall-komunikazzjoni ta’ dik l-informazzjoni skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 29(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0956
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.