+Artikolu 25a Monitoraġġ u infurzar tas-soll uniku bbażat fuq il-massa
---+Artikolu 25a 1.
---+Artikolu 25a 2.
---+Artikolu 25a 3.
---+Artikolu 25a 4.
---+Artikolu 25a 5.

Artikolu 25a Monitoraġġ u infurzar tas-soll uniku bbażat fuq il-massa

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 25a 1.
Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-importazzjonijiet ta’ oġġetti għall-fini tal-monitoraġġ tal-konformità mas-soll uniku bbażat fuq il-massa.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn l-importatur ikun stabbilit jistgħu jimmonitorjaw il-konformità mas-soll uniku bbażat fuq il-massa.

Il-Kummissjoni għandha tiskambja perjodikament u awtomatikament mal-awtoritajiet kompetenti l-informazzjoni meħtieġa għall-monitoraġġ tal-importaturi permezz tar-reġistru CBAM. Tali informazzjoni għandha tinkludi lista ta’ importaturi li jaqbżu d-90 % tas-soll uniku bbażat fuq il-massa.

Artikolu 25a 2.
Meta l-Kummissjoni tqis, abbażi ta’ valutazzjoni preliminari u tal-informazzjoni li l-awtoritajiet doganali jkunu kkomunikaw lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 25(2), li importatur ikun qabeż is-soll uniku abbażi tal-massa, hija għandha tikkomunika dik l-informazzjoni kif ukoll il-bażi għall-valutazzjoni preliminari tagħha lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit l-importatur.

L-awtorità kompetenti tista’ titlob li l-importatur jew il-Kummissjoni jipprovdu l-evidenza dokumentarja meħtieġa biex jiġi vvalutat jekk l-importatur qabiżx is-soll uniku bbażat fuq il-massa. Meta l-evidenza dokumentarja tkun insuffiċjenti biex jiġi vvalutat jekk l-importatur ikunx qabeż dak is-soll, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu evidenza dokumentarja addizzjonali mill-awtoritajiet doganali jekk tali evidenza tkun disponibbli.

Artikolu 25a 3.
Meta l-awtorità kompetenti tikkonkludi li importatur li ma jkunx dikjarant awtorizzat CBAM ikun qabeż is-soll uniku bbażat fuq il-massa, hija għandha, mingħajr dewmien żejjed, tadotta deċiżjoni għal dak l-għan. Id-deċiżjoni għandha tiddikjara r-raġunijiet li fuqhom hi bbażata u għandha tinkludi informazzjoni dwar id-dritt ta’ appell. L-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-importatur bl-obbligi applikabbli skont dan ir-Regolament, inkluż, fejn applikabbli, bl-obbligu li jikseb l-istatus ta’ dikjarant awtorizzat CBAM f’konformità mal-Artikolu 5 qabel ma jiġu importati aktar oġġetti. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika wkoll lill-awtoritajiet doganali u lill-Kummissjoni b’dik id-deċiżjoni permezz tar-reġistru CBAM.

Meta importatur ikun rappreżentat minn rappreżentant doganali indirett wieħed jew aktar u jaqbeż is-soll uniku bbażat fuq il-massa, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lir-rappreżentanti doganali indiretti maħtura b’dan f’konformità mal-Artikolu 5(1a) jew 5(2).

Is-sottomissjoni ta’ appell kontra deċiżjoni li tiddetermina li importatur ikun qabeż is-soll uniku bbażat fuq il-massa ma għandux ikollha effett sospensiv.

Artikolu 25a 4.
Għall-fini tad-determinazzjoni ta’ jekk importatur ikunx qabeż is-soll uniku bbażat fuq il-massa, awtorità kompetenti għandha tinjora prattika, arranġament jew serje tagħhom li jkunu tpoġġew fis-seħħ għall-iskop ewlieni jew għal wieħed mill-iskopijiet ewlenin li jaqa’ taħt is-soll uniku bbażat fuq il-massa u li ma jkunx ġenwin.

Prattika, arranġament jew serje tagħhom għandhom jitqiesu bħala mhux ġenwini meta, filwaqt li jitqiesu l-fatti u ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, ma jkunx jista’ jiġi kkunsidrat li tpoġġew fis-seħħ għal raġunijiet kummerċjali validi relatati mal-attività ekonomika tal-importatur.

Għall-finijiet tal-Artikolu 17(2), il-punt (a), u l-Artikolu 26(2a), meta l-awtorità kompetenti tikkonkludi li l-importatur kien involut fi prattika, f’arranġament, jew f’serje tagħhom, meqjusa bħala mhux ġenwini, l-importatur għandu jitqies li kien involut fi ksur serju ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 25a 5.
Għall-fini tal-monitoraġġ skont dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha perjodikament, tal-anqas darba kull sena kalendarja jew kull meta jkun meħtieġ, tidentifika fatturi ta’ riskju speċifiċi u punti għall-attenzjoni, abbażi ta’ analiżi tar-riskju fir-rigward tas-soll uniku bbażat fuq il-massa, filwaqt li tqis l-informazzjoni li tinsab fir-reġistru CBAM, id-data kkomunikata mill-awtoritajiet doganali f’konformità mal-Artikolu 25 u sorsi ta’ informazzjoni rilevanti oħra, inklużi l-irregolaritajiet identifikati bħala riżultat tal-kontrolli mwettqa f’konformità mal-Artikolu 15(1). Dawk il-fatturi ta’ riskju u l-punti għall-attenzjoni għandhom jiġu kkomunikati lill-awtoritajiet kompetenti u, fejn rilevanti, lill-awtoritajiet doganali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0956
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.