+Artikolu 31 Allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti skont l-EU ETS u obbligu biex jiġu ċeduti ċ-ċertifikati CBAM
---+Artikolu 31 1.
---+Artikolu 31 2.
|
Artikolu 31 Allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti skont l-EU ETS u obbligu biex jiġu ċeduti ċ-ċertifikati CBAM
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 31 1.
|
Iċ-ċertifikati CBAM li għandhom jiġu ċeduti f’konformità mal-Artikolu 22 ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu aġġustati biex jirriflettu l-punt sa fejn il-kwoti tal-EU ETS jiġu allokati bla ħlas f’konformità mal-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE għall-installazzjonijiet, fl-Unjoni, li jipproduċu l-oġġetti elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 31 2.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati għall-kalkolu tal-aġġustament kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawn ir-regoli dettaljati għandhom jiġu elaborati b’referenza għall-prinċipji applikati fl-EU ETS għall-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti lil installazzjonijiet li jipproduċu, fl-Unjoni, l-oġġetti elenkati fl-Anness I, b’kont meħud tal-parametri referenzjarji differenti użati fl-EU ETS għall-allokazzjoni bla ħlas bil-ħsieb li dawk il-parametri referenzjarji jiġu kkombinati f’valuri korrispondenti għall-oġġetti kkonċernati, u b’kont meħud tal-materjali rilevanti ta’ input (prekursuri). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 29(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0956
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|